It-tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja dwar l-immigranti maqbuda fuq l-‘Aquarius’ qajmet mill-ġdid il-kontroversja dwar l-immigrazzjoni. Il-Gvern Malti rrifjuta, bir-raġun, li jieħu l-immigranti għax saħaq li Malta qed tonora l-obbligi internazzjonali tagħha. Din kienet l-ewwel mossa tal-Ministru tal-Intern il-ġdid Taljan Matteo Salvini biex jipprova jagħmel pressjoni fuq Malta u taċċetta 629 immigrant li telqu mill-Afrika lejn l-Ewropa. Salvini qal li Malta ma setgħetx tibqa’ tħares in-naħa l-oħra.

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet appell liż-żewġ pajjiżi biex isibu soluzzjoni bejniethom għal raġunijiet umanitarji. Ftit wara l-Gvern Spanjol fetaħ il-port ta’ Valencia biex jilqa’ lil dawn l-immigranti.

Il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet il-liġi internazzjonali bħala vaga u saħqet li r-responsabilita` biex jingħażel port taqa’ fuq il-pajjiż li jipprovdi u jikkoordina l-missjoni tas-salvataġġ. Ftehim formali bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Taljan dwar l-operazzjoni ‘Mare Nostrum’ jgħid li d-dgħajjes li jsibu ruħhom f’ibħra Maltin kellhom ikunu diretti lejn portijiet Taljani.

Ir-rifjut tal-Gvern Taljan li jieħu l-immigranti kien ikkritikat bl-aħrax. Sergei Stanishev, President tas-Soċjalisti Ewropej iddeskriva d-deċiżjoni tal-Italja bħala ‘diżgustanti’. Id-delegazzjoni Franċiża fil-Parlament Ewropew qalet li l-Italja rreaġixxiet b’mod illegali. Il-Gvern Malti rringrazzja lil Gvern Spanjol ta’ Pedro Sánchez għal involviment tiegħu. “Irridu npoġġu madwar mejda u niżguraw li din il-kwistjoni ma tirrepetix ruħha. Din hija problema Ewropea” qal il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.

Fil-verita` il-problema li nqalgħet bejn Malta u l-Italja ma kinitx kwistjoni bilaterali, imma problema kontinentali li trid tiġi indirizzata mill-istati membri kollha tal-UE li jridu joqogħdu għall-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni.

 

Problema Ewropea

It-tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja dwar l-immigranti maqbuda fuq l-‘Aquarius’ qajmet mill-ġdid il-kontroversja dwar l-immigrazzjoni. Il-Gvern Malti rrifjuta, bir-raġun, ...
Read More

AKTAR KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI  MEDITERRANJI DWAR IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni  Ewropea issa għandha l-mandat tniedi taħdidiet ma’ tmien pajjiżi – Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, Marokk, Tuneżija u Turkija ...
Read More

IMĦASSBIN DWAR IT-TNAQQIS TAL-FONDI GĦALL-AGRIKOLTURA

Ministri tal-agrikoltura Ewropej huma mħassbin għat-tqasqis ta’ 5% mill-fondi agrarji li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan qal ...
Read More

KONTRA L-ARRESTI POLITIĊI FIT-TURKIJA

Il-kelliem għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u Tkabbir, Maja Kocijancic, tkellmet kontra l-arresti suċċessivi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija. Ir-rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet ...
Read More

AKTAR PLASTIK MINN ĦUT FIL-BAĦAR SAS-SENA 2050

Tbassir tal-esperti  jgħid li se jkun hemm aktar plastik fl-ibħra milli ħut sas-sena 2050. Dan qed iwassal biex l-UE tieħu ...
Read More

ALFRED SANT DWAR IS-SEHEM TA’ MALTA MILL-BUDGET TAL-UE FIŻ-ŻEJTUN

Is-sehem ta’ Malta mill-Budget tal-UE bejn 2021-2027 se jkun taħt il-lenti fiż-Żejtun il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju meta l-ġurnalist Manuel Micallef ...
Read More

JANEZ JANŠA JERBAĦ L-ELEZZJONIJIET FI SLOVENJA

L-ex Prim Ministru Konservattiv tal-Islovenja Janez Janša rebaħ l-elezzjonijiet tal-pajjiż b’25% tal-voti mitfugħa favur il-partit tiegħu SDS. Il-Partit SDS huwa ...
Read More

VARAT IL-PROĠETT TA’ ARJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment