Tbassir tal-esperti  jgħid li se jkun hemm aktar plastik fl-ibħra milli ħut sas-sena 2050. Dan qed iwassal biex l-UE tieħu miżuri li jipprovaw isalvaw l-ambjent. Liġi ġdida titlob lill-istati membri jiżguraw li sa tmiem l-2019 kull persuna ma tikkunsmax aktar minn 90 basket tal-plastik fis-sena. Sas-sena 2025 il-mira hi ta’ mhux aktar minn 40 basket fis-sena. Bħalissa fl-UE jintużaw 100 biljun basket tal-plastik fis-sena. Il-pajjiżi membri jagħżlu huma l-aħjar metodu biex inaqqsu dan il-konsum.

Il-basktijiet tal-plastik huma problematiċi għax isoddu l-viji tal-ilma u d-drenaġġ u jipprovdu art għammiela għal mard. Bosta annimali tal-baħar imutu minħabba li jkunu belgħu l-plastik.

Huwa stmat li 85% tat-tniġġis marittimu kollu huwa kkaġunat mill-plastik, nofs dan il-persentaġġ huma oġġetti tal-plastik li jintużaw darba bħal platti, tappijiet, fliexken u straws tal-plastik.

Rapport mill-NGO Seas At Risk svela li fit-28 stat membru ntremew 580 biljun loqma ta’ sigarett, 46 biljun flixkun tal-ilma u 36.4 biljun straw kull sena.

Il-Ġnus Magħquda qalet li 9% biss tad-9 biljun tunnellata tal-plastik maħluq ġie riċiklat.

Ir-rapport jisħaq li wieħed mill-aktar metodi effettivi biex jinqatgħu l-basktijiet tal-plastik huwa li jkunu projbiti.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrevedi l-liġijiet diġa` eżistenti li jinkludu l-mira ta’ aktar riċiklaġġ, tnaqqis ta’ 10% tal-iskart li jispiċċa fil-landfills u l-obbligu li l-istati membri jiżguraw li materjal riċiklabbli ma jintremiex u jiġi wżat mill-ġdid. Mistennija wkoll taxxi għal manifatturi li se jkunu obbligati jħallsu parti mill-ispejjeż tar-riċiklaġġ. Ir-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ 20 ġurnata wara li jkunu ppubblikati fil-ġurnal uffiċċjali tal-UE.

Problema Ewropea

It-tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja dwar l-immigranti maqbuda fuq l-‘Aquarius’ qajmet mill-ġdid il-kontroversja dwar l-immigrazzjoni. Il-Gvern Malti rrifjuta, bir-raġun, ...
Read More

AKTAR KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI  MEDITERRANJI DWAR IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni  Ewropea issa għandha l-mandat tniedi taħdidiet ma’ tmien pajjiżi – Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, Marokk, Tuneżija u Turkija ...
Read More

IMĦASSBIN DWAR IT-TNAQQIS TAL-FONDI GĦALL-AGRIKOLTURA

Ministri tal-agrikoltura Ewropej huma mħassbin għat-tqasqis ta’ 5% mill-fondi agrarji li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan qal ...
Read More

KONTRA L-ARRESTI POLITIĊI FIT-TURKIJA

Il-kelliem għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u Tkabbir, Maja Kocijancic, tkellmet kontra l-arresti suċċessivi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija. Ir-rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet ...
Read More

AKTAR PLASTIK MINN ĦUT FIL-BAĦAR SAS-SENA 2050

Tbassir tal-esperti  jgħid li se jkun hemm aktar plastik fl-ibħra milli ħut sas-sena 2050. Dan qed iwassal biex l-UE tieħu ...
Read More

ALFRED SANT DWAR IS-SEHEM TA’ MALTA MILL-BUDGET TAL-UE FIŻ-ŻEJTUN

Is-sehem ta’ Malta mill-Budget tal-UE bejn 2021-2027 se jkun taħt il-lenti fiż-Żejtun il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju meta l-ġurnalist Manuel Micallef ...
Read More

JANEZ JANŠA JERBAĦ L-ELEZZJONIJIET FI SLOVENJA

L-ex Prim Ministru Konservattiv tal-Islovenja Janez Janša rebaħ l-elezzjonijiet tal-pajjiż b’25% tal-voti mitfugħa favur il-partit tiegħu SDS. Il-Partit SDS huwa ...
Read More

VARAT IL-PROĠETT TA’ ARJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment