Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ enerġija nadifa u favur l-ambjent. Il-proġett kien propost minn Alfred Sant, MEP u ex-Prim Ministru u MEP Kroat Tonino Picula, ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kroazja. Sant u Picula li fl-aħħar xhur ħadmu fuq l-implimentazzjoni tal-proġett għal arja nadifa fil-gżejjer tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea iffinanzjat €10 miljuni biex issaħħaħ il-proġett wara li kienet diġa` approvat €2 miljuni oħra għall-istess proġett.

Tonino Picula jirrappreżenta għadd ta’ gżejjer Kroati filwaqt li Dr Sant talab kemm-il darba lil KE tipprovdi fondi għal ħolqien ta’ enerġija nadifa fil-gżejjer tal-UE, inkluż Malta u Għawdex.

‘Is-Segretarjat għal Inizjattivi tal-Gżejjer’ mistenni jassisti lil gżejjer tal-UE waqt il-pjanijiet għad-dikarbonizzazzjoni, u se jservi ta’ gwida fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. Se jkun qed jorganizza wkoll il-forum annwali tal-Inizjattivi tal-Gżejjer fl-2018 u 2019 biex ilaqqa’ flimkien lil partijiet interessati.

Dr Sant qal li fl-Ewropa hemm diġa` bażi tajba meħuda mill-esperjenza tal-gżejjer li għamlu progress tajjeb biex jiżviluppaw u jiġġeneraw lokalment arja nadifa bi spiża raġjonevoli. Dan diġa` joħloq ambitu għal aktar espansjoni u żvilupp fil-produzzjoni tal-enerġija nadifa lejn ħafna mis-sistemi tal-gżejjer Ewropej.

Il-Kummissjoni se tidentifika 20 gżira bħala ‘case-studies’ li jaħdmu ma’ gżejjer individwali differenti.

Problema Ewropea

It-tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja dwar l-immigranti maqbuda fuq l-‘Aquarius’ qajmet mill-ġdid il-kontroversja dwar l-immigrazzjoni. Il-Gvern Malti rrifjuta, bir-raġun, ...
Read More

AKTAR KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI  MEDITERRANJI DWAR IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni  Ewropea issa għandha l-mandat tniedi taħdidiet ma’ tmien pajjiżi – Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, Marokk, Tuneżija u Turkija ...
Read More

IMĦASSBIN DWAR IT-TNAQQIS TAL-FONDI GĦALL-AGRIKOLTURA

Ministri tal-agrikoltura Ewropej huma mħassbin għat-tqasqis ta’ 5% mill-fondi agrarji li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju tal-Agrikoltura Phil Hogan qal ...
Read More

KONTRA L-ARRESTI POLITIĊI FIT-TURKIJA

Il-kelliem għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u Tkabbir, Maja Kocijancic, tkellmet kontra l-arresti suċċessivi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija. Ir-rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet ...
Read More

AKTAR PLASTIK MINN ĦUT FIL-BAĦAR SAS-SENA 2050

Tbassir tal-esperti  jgħid li se jkun hemm aktar plastik fl-ibħra milli ħut sas-sena 2050. Dan qed iwassal biex l-UE tieħu ...
Read More

ALFRED SANT DWAR IS-SEHEM TA’ MALTA MILL-BUDGET TAL-UE FIŻ-ŻEJTUN

Is-sehem ta’ Malta mill-Budget tal-UE bejn 2021-2027 se jkun taħt il-lenti fiż-Żejtun il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju meta l-ġurnalist Manuel Micallef ...
Read More

JANEZ JANŠA JERBAĦ L-ELEZZJONIJIET FI SLOVENJA

L-ex Prim Ministru Konservattiv tal-Islovenja Janez Janša rebaħ l-elezzjonijiet tal-pajjiż b’25% tal-voti mitfugħa favur il-partit tiegħu SDS. Il-Partit SDS huwa ...
Read More

VARAT IL-PROĠETT TA’ ARJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment