Fi stqarrija lill-plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-proposti ta’ Ursula Von der Leyen biex jissaħħaħ l-aspett tas-saħħa pubblika fil-profil tal-UE kienu kostruttivi u bilanċjati. Von der Leyen ippreżentat il-viżjoni tagħha għal Ewropa li tkun tista toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija.

Min-naħa l-oħra kien hemm ftit elementi ġodda fejn jidħlu l-perspettivi politiċi ewlenin tal-UE b’mod partikolari dwar il-Green Deal, għalkemm kien jagħmel sens il-fatt li affermathom mill-ġdid b’mod intelliġenti.

Madankollu, l-impenn imsemmi sabiex il-Votazzjoni b’Maġġoranza Kwalifikata tkun mħaddma f’aktar oqsma tal-UE fil-fatt tissottolinja aspett bażiku tal-istat tal-unjoni llum li Von der Leyen naqset milli tindirizza.

“Il-lokus tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet reġgħet inbidlet fid-direzzjoni tal-Kunsill. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Parlament jagħmlu proposti kuraġġużi, li mbagħad jidħlu fil-modalità ta’ stennija waqt li l-istati membri jelaboraw proċeduri kumplessi dwarhom”, qal Alfred Sant.

Dwar dan, il-President ma jidhirx li kellha aktar minn soluzzjoni temporanja meta dak li hu meħtieġ huwa rinnovament istituzzjonali li jindirizza b’mod adegwat ir-realtajiet politiċi u soċjali.

 


 

EC President’s proposals to bolster EU public health are constructive and down to earth – Alfred Sant

In a statement to the plenary of the European Parliament, Alfred Sant said that Ursula Von der Leyen’s proposals to bolster the public health component of the EU’s profile were constructive and down to earth.  She presented her vision for a Europe that emerges stronger from the pandemic.

On the other hand there was little new where the main horizons of EU policy are concerned especially the Green Deal, though affirming them again as she intelligently did makes sense.

However, the commitment expressed to make Qualified Majority Voting operational in more areas of EU activity actually underlines a basic aspect of the state of the union today that she failed to address.

“The locus of decision-making within the institutions has shifted again towards the Council. Both the Commission and the Parliament make bold proposals, then go into wait-and-see mode while member states palaver about the issues”, Alfred Sant said.

Regarding this, the President did not seem to have anything better than a band-aid solution when what is needed is an institutional revamp that addresses adequately the political and social realities.

Alfred Sant jappella għal appoġġ finanzjarju u regolatorju lis-settur kulturali

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu favur riżoluzzjoni dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa, Alfred Sant qal lill-plenarja tal-Parlament Ewropew li l-promoturi, l-aġenti, l-artisti ...
Read More

Alfred Sant jappella għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u d-demokratizzazzjoni fil-Belarus

Talbiet għal intervent dirett mill-UE jistgħu ikunu kontroproduttivi waqt li dikjarazzjonijiet li jindikaw ir-rikonoxximent ta’ President elett tal-Belarus huma prematuri ...
Read More

Proposti bilanċjati tal-President tal-KE biex tissaħħaħ is-saħħa pubblika fl-UE – Alfred Sant

Fi stqarrija lill-plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-proposti ta’ Ursula Von der Leyen biex jissaħħaħ l-aspett tas-saħħa pubblika ...
Read More

Proposti biex jiżdiedu r-riżorsi proprji tal-UE jistgħu jagħmlu ħsara lil stati żgħar

Ir-reviżjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE tirrappreżenta r-riforma dwar sorsi tad-dħul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, li kiseb rilevanza dejjem tikber bit-tixrid tal-pandemija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment