F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li titrażżan l-immigrazzjoni illegali fil-baħar Mediterran.

“Qbilna li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-proposti dwar il-protezzjoni tal-fruntieri f’Settembru. Diġa` hemm ftehim li l-aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri Frontex ikollha 10, 000 uffiċċjali ġodda sas-sena 2027. Dan id-deadline issa tmexxa għas-sena 2020 u f’Settembru se nkun qed nagħmel proposti fuq dan il-fatt.” qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.

Il-proposti se jkunu svelati fid-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni f’nofs Settembru.

Mhux mistennija miżuri dwar l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ mill-NGOs.

Juncker qal li l-Presidenza tal-Awstrija u l-Kummissjoni qablu li jkun hemm Ewropa li tipproteġi.

Il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz  jixtieq “soluzzjonijiet Ewropej” mingħajr fruntieri interni  li tista’ tkun possibbli biss b’aktar strettezza fil-fruntieri esterni.

Il-Presidenza Awstrijaka tixtieq torganizza summit bejn l-UE u l-Afrika fl-aħħar tas-sena 2018 bl-għan li – jkunu indirizzati l-kawżi tal-immigrazzjoni minn għeruqhom, ir-ritorn tal-immigranti li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali jsir aktar malajr, jitwaqqfu ċentri apposta biex l-immigranti li jinġabru f’ibħra internazzjonali jittieħdu fihom biex ikun stabilit jikkwalifikawx għal protezzjoni umanitarja jew le.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ ...
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA

L-ikbar sfida għal Presidenza Awstrijaka tal-UE se tkun dik li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u fl-istess waqt iżżomm koerenza ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA

Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi. “Dawk li applikaw ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill tal-UE estenda b’sitt xhur is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja relatati mal-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Is-sanzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ

F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li ...
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li ...
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA

Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali ...
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA

Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment