Il-ward aħmar, il-qlub u l-anġlu tal-imħabba kollha jfakkruna f’San Valentinu. Madanakollu kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet tiegħu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum.
Fl-Awstrija l-irġiel jagħtu bukkett fjuri. It-tradizzjoni tgħid li jridu jiskopru x’tip ta’ fjura tippreferi l-maħbuba tagħhom. B’hekk biss juru li l-imħabba tagħhom hija waħda ta’ veru.
Id-Daniżi jagħtu fjuri bojod ippressati lil maħbubin tagħhom. F’dan il-jum iħobbu jżuru s-sirena sinonima tad-Danimarka jew imorru xi passiġġata fil-ġnien Tivoli.
It-Taljani ma jagħtux rigali lil xulxin għalkemm il-Baci Perugina huma famużi ħafna magħhom għal dan il-jum speċjali.
Fl-Iskozja jiċċelebraw permezz ta’ fiera speċjali. Jieħdu sehem f’lotterija numru indaqs ta’ xebbiet u ġuvintur. Meta jitla’ isimhom, jiffurmaw koppji u l-ġuvintur jagħtu rigal lix-xebbiet qalb id-daqq u żfin.

Facebook Comments

Post a comment