Fir-reazzjoni tiegħu għal dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra fl-Ukrajna u l-introduzzjoni tat-taxxa fuq profitti ta’ ċerti kumpaniji li żdiedu minħabba fiha (Windfall tax), l-eks Prim Ministru Sant innota li l-kriżi attwali ġabet magħha l-ħtieġa ta’ azzjoni straordinarja fis-settur pubbliku. Din teħtieġ il-mobilizzazzjoni ta’ fondi ġodda f’volumi sinifikanti biex jittaffa l-impatt tal-inflazzjoni fuq iċ-ċittadini u l-familji milquta ħażin miż-żieda kontinwa tal-prezzijiet u biex jiġi pprovdut appoġġ lin-negozji żgħar u medji li ġew affettwati ħażin fil-pożizzjoni kompetittiva tagħhom.

Sant enfasizza li fiċ-ċirkostanzi attwali fondi biex jgħinu lil dawk iċ-ċittadini l-aktar milquta mill-inflazzjoni ma jistgħux jinġabru biss bil-ħruġ ta’ dejn ġdid. Dawk is-setturi ekonomiċi li kuntrarjament għall-bqija raw il-profitti tagħhom jiżdiedu bil-kbir b’ riżultat tal-kriżi għandhom jiġu ntaxxati fuq din iż-żieda, huwa stqarr.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew iddiskutew il-merti u l-aktar modi effettivi ta’ kif se tiġi imposta dit-taxxa miżjuda fuq il-profitti tal-kumpaniji tal-enerġija. F’riżoluzzjoni adottata f’Mejju, huma kienu stqarrew il-qbil fi prinċipju ma’ taxxi bħal din. It-taxxa miżjuda tiġi applikata għal kumpaniji li jiġġeneraw żieda sinifikanti fil-qligħ tagħhom minħabba ċirkostanzi jew avvenimenti ta’ natura ġenerali u li jinqalgħu bla ma jkun mistenni.

Sant sostna li dawn is-setturi ekonomiċi għandhom jiġu identifikati b’mod strett u d-dħul mhux mistenni tagħhom għandu jiġi stmat b’mod korrett. “Skont dal-qies li jkun sar, taxxi mhux punittivi fuq il-qligħ mhux mistenni tagħhom għandhom jiġu definiti u ċċarġjati, darba biss jew għat-tul tal-kriżi u sakemm il-profitabbiltà għolja tagħhom tippersisti”, huwa sostna. Sadattant, mhijiex ħaġa ċara jekk dan għandux isir fuq bażi Ewropea jew fuq bażi nazzjonali biex l-eżerċizzju jkun aktar ġust u aktar effettiv. Sant enfasizza li l-problema trid tiġi ċċarata kemm jista’ jkun malajr, politikament u ekonomikament.

Fl-aħħar nett, hu saħaq li għandha tingħata attenzjoni biex it-tħaddim ta’ taxxa miżjuda fuq il-profitti li jkunu bil-wisq titfassal b’mod li ma tispiċċax tiżbilanċja lis-swieq f’persepttiva medja ta’ żmien.

Economic sectors that have made windfall profits should have extra tax imposed on them – Alfred Sant

In his reaction to a plenary debate of the European Parliament on the social and economic consequences of the war in Ukraine and the introduction of the windfall tax, former Prime Minister Sant noted that the current crisis brings with it the need for extraordinary public sector action. This requires the mobilisation of new funds in significant volumes to cushion the impact of inflation on citizens and families badly hit by soaring prices and provide support to SMEs adversely affected in their competitive stance.

Sant emphasized that in the current circumstances funds to help those citizens worst hit by inflation cannot only be raised by issuance of new debt. Those economic sectors which contrary to the rest have seen their profits rise hugely as a result of the crisis should be taxed, he stated.

Members of the European Parliament discussed the merits and the most effective ways of imposing a windfall tax on energy companies’ profits. In a resolution adopted in May, they had called for such a tax in principle. A windfall tax is a tax applied to companies that generate a significant increase in their earnings due to circumstances or events for which they are not responsible.

Sant argued that these economic sectors should be identified in a stringent manner and the nature of their windfall receipts should be duly accessed. “On this basis non-punitive taxes on their windfalls should be defined and charged, on a once only basis or for the duration of the crisis and their persisting high profitability”, he argued. Pointing out that it is not clear whether doing this on a European rather than on a national basis would be fairer or more effective, he emphasized that the problem needed to be clarified as soon as possible, politically and economically.

Finally, he stressed that care should be taken in the implementation of a windfall tax, no matter how structured to ensure it would not unbalance markets in the medium term.

Alfred Sant: Sorsi ta’ enerġiji rinnovabbli jiżguraw l-awtonomija u s-sostenibbiltà tal-enerġija

Waqt plenarja tal-Parlament Ewropew rigward riżoluzzjoni dwar ir-rispons Ewropew għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa, l-eks Prim Ministru Alfred Sant issuġġerixxa li ...
Read More

Setturi ekonomiċi li għamlu bil-wisq profitti għandu jkollhom imposta fuqhom taxxa miżjuda – Alfred Sant

Fir-reazzjoni tiegħu għal dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra fl-Ukrajna u l-introduzzjoni tat-taxxa fuq profitti ta’ ...
Read More

L-Istati li ma jittollerawx il-libertà tar-reliġjon f’pajjiżhom m’għandhomx jitħallew jippromwovu r-reliġjon tagħhom fl-Ewropa

Waqt li kien qed jindirizza dibattitu plenarju dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà tar-reliġjon jew ta’ twemmin madwar id-dinja, il-Kap tad-delegazzjoni ...
Read More

L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibiltà li ma jipparteċipawx fil-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant wissa li l-2023 se tkun sena iebsa għall-ekonomija Ewropea u r-riperkussjonijiet se jinħassu fil-partijiet kollha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment