Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea b’751 membru parlamentari li qegħdin hemm f’isem iċ-ċittadini tat-28 pajjiż tal-UE. Dawn jiġu eletti kull ħames snin. Kull stat huwa rappreżentat b’għadd ta’ MEPs, skont il-popolazzjoni tal-pajjiż. Dawn jirrapreżentaw 500 miljun ċittadin Ewropew. Malta għandha sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew.
Il-poter tal-Parlament Ewropew baqa’ dejjem jikber. Illum għandu l-poter li jwaqqaf jew jgħaddi liġi li tkun qed tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea. Fil-Parlament Ewropew l-MEPs jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-UE jitħaddmu b’mod demokratiku. Fil-PE jiġu diskussi firxa wiesgħa ta’ suġġetti, bħas-suq intern, politika barranija, il-kultura, is-saħħa, id-drittijiet tal-konsumaturi, ir-riċerka u l-ambjent.
Il-Parlament Ewropew jitlaqqa’ wkoll biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal xi ftehim internazzjonali li tkun innegozjat il-Kummissjoni.

Facebook Comments

Post a comment