The Progressive Alliance of Socialists and Democrats (S&D) will vote in favour of amendments at the Economic and Financial Committee of the European Parliament (ECON) on Monday 16 October calling the European Commission to postpone the application date of the Insurance Directive to 1 October 2018 instead of 23 February 2018 as already decided by the EC.
The amendment has been tabled by the EPP German Rapporteur Werner Langen following the intervention of Maltese MEP Alfred Sant with the European Commission on behalf of ‘The Malta Insurance Association’.
Dr Sant asked EC Vice President Valdis Dombrovskis to reconsider the application of a one-year delay for the implementation of the Insurance Distribution Directive as requested by the Maltese industry. Dr Sant stressed the lack of time for the correct implementation of the Insurance Legislation. The 23 February 2018 deadline badly hit insurance operators in small EU states, including Malta, Dr Sant told the EC.

Maltese Version – TALBA FL-ECON BIEX IL-KE TIPPOSPONI L-ISKADENZA TAD-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru se tivvota favur emendi li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipposponi d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni għall-1 ta’ Ottubru 2018 minflok 23 ta’ Frar 2018 kif diġa` ddeċidiet il-Kummissjoni Ewropea. Il-vot se jittieħed fil-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Parlament Ewropew (ECON).
L-emendi ddaħħlu mir-Rapporteur Ġermaniż Werner Langen (EPP) wara l-intervent tal-Ewroparlamentari Alfred Sant mal-Kummissjoni Ewropea f’isem ‘L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni’.
Dr Sant talab lill-Viċi-President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis biex iressaq id-data għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni b’sena fuq talba tal-industrija Maltija. Dr Sant saħaq ħafna dwar in-nuqqas ta’ żmien biex issir b’mod xieraq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Assigurazzjoni. L-iskadenza tat-23 ta’ Frar tolqot ħażin ħafna l-operaturi tal-assigurazzjoni fi stati żgħar tal-UE, inkluż Malta, qal Dr Sant lil Kummissjoni Ewropea.

Facebook Comments

Post a comment