Former Prime Minister Alfred Sant told Croatian TV Station HRT that Europe must tackle the sources of migration flows not just the symptoms. Dr. Sant, interviewed on immigration by the Croatian TV Station at the European Parliament, said the EU has a big problem to assimilate all these people that are coming in with the disruption of services, the disruption of social coherences and as well security. “Immigration was and still is a big problem, the same thing happens in Malta. We see that with a very small influx of migrants we can get distabilised…one has to be pragmatic – one has to take the solutions that are available.” Dr Sant told HRT.
Dr Sant said the agreement with Turkey, for instance, is very fragile. “But is there an option or an alternative to it? And then of course there are the developments that will flow….if the flow of migrants from Turkey stops, it is very probable that it will start again form North Africa. One has to have a solution to that. The solution has got to be social, economic, humane, and it also has to be far reaching.” said the Maltese MEP.

You may view Dr Sant’s comments on this link:

Maltese Version – L-EWROPA TRID TMUR F’RAS IL-GĦAJN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

L-Ewropa trid issolvi l-problema tal-immigrazzjoni billi tmur f’ras il-għajn mhux billi ttaffi s-sintomi. Alfred Sant qal dan fuq l-istazzjon televiżiv Kroat HRT meta ġie intervistat fil-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni. Dr Sant qal li l-ftehim mat-Turkija huwa fraġli ħafna. “Imma hemm għażla jew alternattiva oħra għal dan il-ftehim? Imbagħad hemm ukoll l-iżviluppi li jinħolqu … jekk l-influss tal-immigranti jieqaf mit-Turkija, probabbli li jerġa’ jibda jiżdied mill-Afrika ta’ Fuq. Irid ikollna soluzzjoni għal dan. Is-soluzzjoni trid tkun soċjali, ekonomika, umana, u li timraħ fil-fond.” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Malti.
Dr Sant qal li l-Unjoni Ewropea għandha problema kbira biex tassimila dawn in-nies kollha li qed jiġu fuq xtutha u li qed jaffettwaw lis-servizzi, il-koerenza soċjali u s-sigurta`. “L-immigrazzjoni kienet u għadha problema kbira. L-istess ħaġa jiġri Malta. Naraw li b’numru żgħir ta’ immigranti nistgħu niġu distabilizzati…..irridu nkunu pragmatiċi u nieħdu s-soluzzjonijiet li jeżistu.” qal Dr Sant lill-istazzjon HRT.

Ara l-intervista ta’ Dr Sant fuq din il-link:

Facebook Comments

Post a comment