The Head of the Labour Delegation at the European Parliament said that Europe needs a global long term plan on how to deal with the flow of asylum seekers. This plan would set a framework for what needs to be done in the coming years. Dr Alfred Sant was reacting to the resolution ‘Migration and Refugees in Europe’ which was debated in the European Parlament in Strasbourg following the Commission’s package of proposals. Such a plan, said Dr. Sant, would estimate the numbers of genuine asylum seekers that would be arriving in Europe from Syria and other troubled areas in the next three years.
This plan should also suggest common accelerated procedures to distinguish them from economic migrants; propose clearer methods to ensure their proper reception on arrival; suggest EU-level schemes arranging accommodation and daily maintenance; propose programmes for their insertion in local communities; propose plans for their integration in labour markets without putting European workers and unemployed at a disadvantage; estimate the positive contributions which migrants could eventually make to Europe’s economy; estimate the costs of the plan over a five year horizon and suggest ways and means for its financing.
Dr Sant, who is backing the resolution ‘For clear humanitarian reasons’, said that concentrating on the systematic relocation of arriving migrants through obligatory quotas among member states is a short term response to a crisis that will persist and could ultimately backfire.

Maltese Version – ‘L-EWROPA TEĦTIEĠ PJAN GLOBALI U FIT-TUL GĦALL-MEWĠA TA’ NIES IFITTXU L-AŻIL’

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista Maltija qal lil Parlament Ewropew li l-Ewropa teħtieġ pjan globali li jara fit-tul biex tittratta l-mewġa ta’ nies li qed ifittxu l-ażil u biex jinħoloq il-qafas għal dak li jeħtieġ isir fis-snin li ġejjin. Dr Alfred Sant kien qed jirreaġixxi għar-riżoluzzjoni ‘L-Immigrazzjoni u r-Refuġjati fl-Ewropa’ fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu wara li l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pakkett ta’ proposti tagħha. Pjan bħal dan, qal Dr Sant, jagħti stimi dwar in-numru ta’ nies li ġenwinament qed ifittxu l-ażil fl-Ewropa mis-Sirja u nħawi oħra li għandhom il-problemi, għat-tliet snin li ġejjin.
Dan il-pjan jinkludi proċeduri komuni biex jingħarfu l-immigranti ekonomiċi; jipproponi metodi ċari dwar l-ilqugħ tan-nies mal-wasla tagħhom; jissuġġerixxi skemi fuq livell Ewropew dwar akkomodazzjoni; jipproponi programmi ta’ inseriment fil-komunitajiet lokali; jipproponi pjan ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol mingħajr ma jitfa’ fi żvantaġġ lill-ħaddiema Ewropej u lil dawk li qed ifittxu xogħol; jikkalkula l-kontribuzzjonijiet pożittivi li l-immigranti eventwalment jistgħu jagħmlu għall-ekonomija; jikkalkula kemm dan il-pjan se jiswa flus għall-ħames snin li ġejjin u jissuġġerixxi mod biex ikun iffinanzjat.
Dr Sant, li qabel mar-riżoluzzjoni ‘Minħabba raġunijiet umanitarji ċari’, qal li billi niffukaw fuq ir-rilokazzjoni tal-immigranti permezz ta’ kwoti obbligatorji bejn Stati Membri, m’aħniex nagħtu soluzzjoni fit-tul għall-kriżi li se tippersisti u li eventwalment tista’ taħdem kontrina.

Facebook Comments

Post a comment