Former Prime Minister Alfred Sant today lauded Government’s commitment and efforts to protect and promote Malta’s historical and cultural heritage which is of utmost importance to encourage the tourism industry, one of the main pillars of the Maltese economy. The Maltese MEP visited the Domus Romana, a ruined Roman-era house in Rabat built in the 1st century BC as an aristocratic town house. A Muslim cemetery was established on the remains of the domus in the 11 century AD.

Alfred Sant praised Heritage Malta’s initiative to invite Maltese and tourists free of charge to visit this unique archaeological site.

“If we ignore our historical and cultural heritage, if we destroy our environment, if we encourage over development, if we pollute our seas, tourism will cease to be the main pillar of our economy.”

Alfred Sant said that Maltese tourism is one of the few assets which increases our competitivity in this sector. Tourists visit us to enjoy our mild climate, history, our traditions while enjoying their personal security.

Maltese Version – INĦARSU L-PATRIMONJU STORIKU TAGĦNA BIEX IT-TURIŻMU JIBQA’ PILASTRU TAL-EKONOMIJA TAGĦNA

Alfred Sant qal li l-impenn tal-Gvern biex iħares il-patrimonju storiku u kulturali fil-gżejjer Maltin huwa importanti biex it-turiżmu jibqa’ pilastru tal-ekonomija Maltija meta żar id-Domus Romana fir-Rabat. Din hija dar ta’ aristokratiku li nbniet fl-1 Seklu Wara Kristu. Fis-seklu 11 WK kien inbena ċimiterju Mislem fuq il-fdalijiet tal-istess dar.

Alfred Sant faħħar l-inizjattiva ta’ Heritage Malta li llum fetħet il-bibien tal-Villa biex il-pubbliku seta’ jidħol b’xejn u jgawdi dan il-wirt arkeoloġiku.

“Jekk jitgħarraq il-patrimonju storiku u kulturali tagħna, jekk jitgħarraq l-ambjent tagħna fil-baħar jew fuq l-art, jekk insiru gżira ċkejkna fgata bil-bini, jekk il-baħar tagħna nħalluh jitniġġes, it-turiżmu ma jibqax pilastru tal-ekonomija Maltija.”

Alfred Sant qal li t-turiżmu hu wieħed mill-ftit oqsma fejn pajjiżna jgawdi vantaġġ kompetittiv fuq postijiet oħra. Bilfors irid jibqa’ pilastru ewlieni tal-ekonomija.
Il-barranin jiġu biex igawdu x-xemx, il-baħar, l-istorja, il-ħajja rilassanti, is-sigurtà personali, id-drawwiet tagħna u affarijiet oħra li jsibu f’pajjiżna u joħorġu sodisfatti.
Imma rridu niżguraw li l-attrazzjonijiet storiċi u kulturali jibqgħu imħarsa.

Facebook Comments

Post a comment