It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 tal-Ethiopian Airline ġġarrfet wara it-tlugħ tagħha minn Addis Ababa. F’dan l-inċident mietu mija u ħamsa u sebgħin ruħ abbord li kienu sejrin Nairobi l-Kenya. Ħames xhur ilu l-istess mudell ta’ ajruplan kien involut f’inċident fl-Indonesja li qatel mija u disgħa u tmenin ruħ.

Il-kumpanija Boeing qalet li l-mudell 737 huwa l-aktar ajruplan li nbigħ malajr fl-istorja tal-avjazzjoni. Mitt xerrej bejniethom ordnaw erbat elef u sebgħa mitt mudell ta’ dan l-ajruplan. Iżda s-shares tal-kumpanija Boeing niżlin ’l isfel wara l-aħħar traġedja tal-Ethiopian Airline.

In-Norveġja ħabbret li mhux se topera titjiriet b’dan il-mudell ta’ ajruplan għalissa.

Min-naħa l-oħra il-low cost airline Ryanair qal li mhux qed jippjana li jagħmel tibdiliet fil-kunsinja tal-ewwel Boeing 737.

Dan juri inkonsistenza fost il-linji tal-ajru.

Franza, Ġermanja u l-Italja qed jipprojbixxu l-użu ta’ dan il-mudell filwaqt li l-Awtorita` tal-Avjazzjoni Ċivili Brittanika wkoll ipprojbiet il-Boeing 737 mill-ispazju tal-ajru tagħha.

Singapore, Awstralja, Malasja, Oman, Ċina, Indonesia Ethiopia, Marokk, Mongolia, Irlanda, Olanda u l-Awstrija u Malta wkoll issospendew il-Boeing 737 milli jidħol fl-ispazju tal-ajru tagħhom.

L-Awtorita` tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti iffaċċjat kritika ħarxa għax damet ma ħarġet stqarrija dwar l-użu ta’ dan il-mudell ta’ ajruplan wara li ħafna pajjiżi kienu diġa` issospendew l-użu tiegħu, inkluż l-aġenzija tal-avjazzjoni għas-sikurezza fl-Unjoni Ewropea.

INKWIET GĦALL-BOEING 737

It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 ...
Read More

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR

Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal ...
Read More

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA

Il-GWU taqbel mal-proposta ta’ Alfred Sant li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima fl-Ewropa. Delegazzjoni tal-GWU immexxija minn Josef Bugeja ...
Read More

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA

Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa ...
Read More

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO

It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma ...
Read More

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ

Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn ...
Read More

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN

Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron ...
Read More

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment