L-UE qed tikkonsidra tagħmel tariffi ġodda fuq prodotti Amerikani biex tpatti għas-sussidji li qed tirċievi l-kumpanija tal-ajruplani Amerikana Boeing mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tibgħat lista ta’ prodotti li jistgħu jkunu affettwati b’dawn it-tariffi l-ġodda.
Kmieni din il-ġimgħa l-President Amerikan Donald Trump qal li tariffi ġodda se jidħlu fuq prodotti Ewropej. Dan bħala reazzjoni għas-sussidji li qed jingħataw lil Airbus, kumpanija Ewropea produttiċi tal-ajruplani. Dawn it-tariffi kapaċi jolqtu prodotti agrarji, prodotti industrijali u parts tal-ajruplani li jlaħħqu total ta’ $19-il biljun dollaru Amerikan.
In-nuqqas ta’ qbil bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kummerċ u s-sussidji ilu għaddej mindu Trump sar President tal-Istati Uniti.
Id-deċiżjoni finali dwar is-sanzjonijiet Amerikani u dwar is-sussidji lil Boeing u anki lil Airbus se jkun deċiż minn arbitru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
JAGĦLAQ IL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
“MALTA GĦANDHA BŻONNOK”
Read More
“JIEN MALTI QABEL MA JIEN EWROPEW”
Read More
‘LEST NIBQA’ L-VUĊI TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA’
Read More
IS-SOĊJALISTI DEMOKRATIĊI JEGĦLBU LIL LEMIN ESTREM FIL-FINLANDJA
Read More
TARIFFI ĠODDA FUQ PRODOTTI AMERIKANI
Read More
ID-DIVING RIŻORS GĦAL GĦAWDEX DAQS IT-TEMPJI
Read More
BIEX IL-LIBJA MA SSIRX BEJTA TAT-TERRORIŻMU
Read More
Post a comment