Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, żdiedu l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika fit-Teatru Orpheum, il-Gżira. Sant qal li biex l-Ewropa terġa’ tistqarr il-kuxjenza soċjali trid tħaddem politika li tassigura l-ħarsien strett tal-ħaddiema, tal-pensjonanti, taż-żgħażagħ u tas-self employed iż-żgħar. U trid ukoll iddaħħal u tqawwi dawk il-miżuri kollha li jikkombattu l-inugwaljanzi soċjali li tħallew jinfirxu fl-aħħar għaxar snin.
Alfred Sant qal li l-Partit Laburista dejjem kien it-tarka tal-interessi tal-ħaddiema f’Malta. Għalhekk anke fl-Ewropa irid jissielet ma’ dawk kollha li qed iħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema.
“Għalkemm Malta hija l-iżgħar stat fl-Unjoni, irnexxielha żżomm sitwazzjoni ta’ prosperita` u serenita`. Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu insostnu l-kunfidenza tagħna fil-futur ta’ Malta u f’dak li jista’ jagħmel il-poplu tagħha jekk jibqa’ magħqud u jħares ’l quddiem.”
Alfred Sant qal li wisq Maltin għadhom ma jifhmux kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Ewropa qed jaffettwaw il-futur tagħhom u tal-familji tagħhom. Fl-aħħar ħames snin, għan ewlieni tiegħu kien li jinforma l-pubbliku Malti dwar din ir-realta`.
“Jekk ikolli l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej inkompli ninforma lill-poplu Malti u Għawdxi bl-aħħar żviluppi u deċiżjonijiet li jolqtuna mill-qrib.”
PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI
Read More
LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA
Read More
CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI
Read More
TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
VERDETT FUQ MACRON
Read More
AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA
Read More
POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA
Read More
L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ
Read More
Post a comment