L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna hu kbir ħafna, waqt li l-Gvern għandu jkompli jżid is-sussidju li jagħti lill-artisti Maltin u Għawdxin. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa li kellu ma’ artisti minn oqsma differenti tal-ħajja fit-Teatru Manoel fejn qasmu miegħu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Alfred Sant qabel mal-argument li l-arti – muzika, id-drama u l-performing arts – iridu jkunu sussidjati aktar.
Sant qal li fondi Ewropej jistgħu jintużaw biex ikattru skambji bejn artisti u studjużi żgħażagħ minn pajjiżi differenti. Proġett ġdid tal-Kummissjoni varat f’April ta’ dis-sena, i-Portunus, jipprovdi għal dan u artisti Maltin jistgħu japplikaw biex ikunu jistgħu jqattgħu sa tliet xhur f’pajjiż Ewropew ħalli jġeddu l-esperjenza artistika tagħhom.
Alfred Sant tkellem dwar il-ħtiega ta’ sala nazzjonali għall-kuncerti. Min-naħa l-oħra, meta wieħed iqis id-daqs tagħna wieħed jifhem li tagħmel sens li faċilità tkun tista’ tintuża għal diversi skopijiet, inkella tispiċċa ma tintużax għal parti kbira tas-sena.
Ġew diskussi għadd ta’ temi fosthom il-copyright directive Ewropea biex tipproteġi d-drittijiet tal-artisti fid-dinja diġitali, is-sehem tal-kompożituri Maltin fil-Eurovision, manutenzjoni f’teatri madwar Malta u Għawdex, il-proġett ta’ re-climatisation fit-Teatru Manoel.

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI
Read More

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA
Read More

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI
Read More

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More

VERDETT FUQ MACRON
Read More

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA
Read More

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA
Read More

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ
Read More
Post a comment