Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jissettjaw it-taxxi tagħhom. Dan mhux fl-interess ta’ Malta li jeħtiġilha ssostni l-ħelsien tagħha biex tiddeċiedi l-politika ekonomika li tgħodd għaliha, b’mod flessibbli, għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi. Meta kien qed jindirizza attività politika fil-Qawra, l-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li kif għamel fil-ħames snin li għaddew, jekk jikseb il-fiduċja tal-elettorat ikompli jiddefendi s-sovranità ta’ Malta fil-politika ta’ tassazzjoni.

“Din tkun il-prijorità tiegħi. Hemm wisq x’nitilfu jekk nitilfu l-flessibilità fit-tassazzjoni tagħna. Ma rridx li s-servizzi finanzjarji tmisshom l-istess xorti li misset l-agrikultura u s-settur tal-manifattura bid-dħul ta’ Malta fl-UE.”

Alfred Sant qal li jekk ikun elett fil-Parlament Ewropej jibqa’ jinsisti li l-politika ta’ għaqda Ewropea m’għandhiex tkun imfassla biex tlibbes l-istess żarbun lil kulħadd. Qal li jibqa’ jinsisti li Malta u Għawdex għandho jingħataw trattament speċjali minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħna. Iżid l-isforzi tiegħu biex ma jkomplux jiżdiedu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn il-Lvant u l-Punent tal-Ewropa u bejn in-Nord u s-Sud tal-Ewropa. Fuq kollox ikompli jaħdem biex l-Ewropa trid terġa’ takkwista l-kuxjenza soċjali li tilfet wara l-kriżi tal-2008.

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna ...
Read More

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li ...
Read More

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment