L-Unjoni Ewropea trid tagħti aktar piż lir-realtajiet nazzjonali ta’ kull stat membru u mhux tipprova ssolvi kollox b’sistema ta’ ‘one-size-fits-all’, bl-istess soluzzjonijiet għall-pajjiżi kollha tal-UE. L-UE għandha bżonn programmi vijabbli li verament jagħmlu tajjeb għad-diverġenzi ekonomiċi li qed jikbru bejn ir-reġjuni ċentrali u dawk fil-periferija tal-Ewropa. Ħafna drabi, il-programmi tal-UE qed ikunu evalwati fuq il-kriterju ta’ jekk ikabbrux jew inaqqsux aktar l-għaqda fl-Unjoni. ‘Dan il-kriterju qed jingħata importanza żejda! Minflok missna qed nistaqsu: Kif programm jaffettwa direttament liċ-ċittadini? Liema ċittadini? B’liema mod? Meta? Dawn il-mistoqsijiet għandna nistaqsuhom filwaqt li nikkunsidraw ir-realtajiet nazzjonali u nevitaw soluzzjonijiet li huma l-istess għal kulħadd.’
Dan qalu Dr Alfred Sant meta kien qed jindirizza l-Parlament Ewropew fid-dibattitu dwar is-‘Survey’ tat-Tkabbir Annwali tas-sena 2016. ‘Il-Kummissjoni tagħmel tajjeb meta tagħti prijorita` lis-Semestru Ewropew. Imma r-retorika politika li tintuża biex isiru l-inizjattivi qed tħalli wisq l-effett tagħha u tmur lil hinn mill-iskop tagħha. Pereżempju fuq il-kwistjoni ta’ tassazzjoni, il-bżonn li ssir azzjoni madwar l-Ewropa kollha għandha tkun ristretta għal ħtieġa li jkun hemm it-trasparenza. Li tkabbar din il-kwistjoni biex fiha twitti t-triq għal konverġenza u l-armonizzazzjoni tat-taxxi tmur lil hinn mill-għanijiet maqbula fit-trattati. Tal-aħħar hija kontro-produttiva għax tillimita aktar il-flessibilita` tar-reġjuni u tal-ġżejjer fil-periferija li l-aktar li għandhom bżonnha. Allura iva għal miżuri kollha li huma maħsuba biex jiżguraw it-trasparenza fit-taxxi, imma le għal miżuri li jikkontribwixxu għal aktar konverġenza u armonizzazzjoni fit-taxxi, saħaq Dr Sant.
Is-‘Survey’ tat-Tkabbir Annwali janalizza il-progress li l-UE tkun għamlet biex tasal lejn il-prijoritajiet strateġiċi. Is-‘Survey’ ifassal il-prijoritajiet għall-UE u jipprovdi politika ta’ gwida lill-istati membri għas-sena li tkun ġejja. Din hija l-ewwel tarġa tas-Semestru Ewropew li twassal biex isiru r-rakkommandazzjonijiet speċifiċi li l-UE tirrakkomanda lil kull pajjiż. Dr Sant se jkun rapporteur fit-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż. Dan ir-rapport se jkun diskuss f’Settembru tal-2016 fil-Kumitat tal-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi (ECON). Il-vot dwaru mistenni li jittieħed f’Ottubru tal-2016 fil-Plenarja.
Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=MhHnugIS4nE
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment