Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista Alfred Sant qal li hu favur aktar koordinament u trasparenza fit-taxxi, imma hu kontra li r-rati tat-taxxi jkunu l-istess fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. ‘Hemm bżonn issir distinzjoni bejn trasparenza sħiħa fil-ġbir tat-taxxi, li kulħadd jaqbel magħha, u l-argument li hemm bżonn ta’ qrubija bejn it-taxxi tal-pajjiżi differenti, li jiena ma naqbilx magħha. Ninsab favur it-trasparenza imma dubjuż ħafna dwar il-proposti ta’ konverġenza tat-taxxi.’ Dr. Sant qal dan f’intervent fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju (ECON) fi Brussell dwar rapport fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza fit-taxxi li jiġu ċċarġjati fl-Ewropa u dwar kif it-taxxi fuq qligħ jistgħu jinġabu qrib l-istess livelli għall-pajjiżi kollha.
Dr Sant emfasizza li fir-rapport jeħtieġ li jkun hemm tifsira ċara fuq livell kontestwali tal-kelma ‘koordinament’. ‘Qed nirreferu għal koordinament fit-trasparenza jew koordinament fir-rati tat-taxxi u fil-politika ta’ tassazzjoni?’ staqsa Dr Sant. Hu qal li jekk ir-rapport jirreferi għal koordinament fil-konverġenza tar-rati tat-taxxi fi ħdan l-istati membri tal-Unjoni, hu kien se jivvota kontra r-rapport. Min-naħa l-oħra jekk il-koordinament qed jirreferi għal koordinament fit-trasparenza, hu kien se jivvota favur.
Il-Parlament Ewropew awtorizza l-abbozz ta’ dan ir-rapport wara li f’Novembru tal-2014 ħareġ l-iskandlu Luxleaks li kien żvela kif kumpaniji multinazzjonali kbar kellhom ftehim sigriet mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu li permezz tagħhom iffrankaw miljuni kbar ta’ taxxi. Ir-rapport jelenka numru ta’ miżuri taħt it-titlu: trasparenza, koordinament u konverġenza.
Segwi l-intervent ta’ Dr Sant f’din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=LIHf9I5jfB4
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/IMG_4849-300x300.jpg)
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/10/mhux-300x300.jpg)
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/20151111_EP-027899A_ABE_007-copy-300x300.jpg)
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/1500-Euro-Crisis-In-Greek-36010318-300x300.jpg)
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Worker-operating-asphalt-paver-50201894-300x300.jpg)
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Tax-rates-107380277-300x300.jpg)
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Estonian-Air-52077658-300x300.jpg)
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Switzerland-And-The-Eu-65765983-300x300.jpg)
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-cargo-ship-in-the-sea-in-the-s-75952826-300x300.jpg)
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/05/bigstock-Descending-Graph-75838534-300x300.jpg)
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/w1-renzi-a-20140223-300x300.jpg)
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/GDP-300x300.jpg)
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Evading-Taxes-7511303-300x300.jpg)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/010715173519-Proposed-new-Marsa-Junctiion-layout-in-Malta-300x300.jpg)
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment