L-Unjoni Ewropea trid tagħti aktar piż lir-realtajiet nazzjonali ta’ kull stat membru u mhux tipprova ssolvi kollox b’sistema ta’ ‘one-size-fits-all’, bl-istess soluzzjonijiet għall-pajjiżi kollha tal-UE. L-UE għandha bżonn programmi vijabbli li verament jagħmlu tajjeb għad-diverġenzi ekonomiċi li qed jikbru bejn ir-reġjuni ċentrali u dawk fil-periferija tal-Ewropa. Ħafna drabi, il-programmi tal-UE qed ikunu evalwati fuq il-kriterju ta’ jekk ikabbrux jew inaqqsux aktar l-għaqda fl-Unjoni. ‘Dan il-kriterju qed jingħata importanza żejda! Minflok missna qed nistaqsu: Kif programm jaffettwa direttament liċ-ċittadini? Liema ċittadini? B’liema mod? Meta? Dawn il-mistoqsijiet għandna nistaqsuhom filwaqt li nikkunsidraw ir-realtajiet nazzjonali u nevitaw soluzzjonijiet li huma l-istess għal kulħadd.’

Dan qalu Dr Alfred Sant meta kien qed jindirizza l-Parlament Ewropew fid-dibattitu dwar is-‘Survey’ tat-Tkabbir Annwali tas-sena 2016. ‘Il-Kummissjoni tagħmel tajjeb meta tagħti prijorita` lis-Semestru Ewropew. Imma r-retorika politika li tintuża biex isiru l-inizjattivi qed tħalli wisq l-effett tagħha u tmur lil hinn mill-iskop tagħha. Pereżempju fuq il-kwistjoni ta’ tassazzjoni, il-bżonn li ssir azzjoni madwar l-Ewropa kollha għandha tkun ristretta għal ħtieġa li jkun hemm it-trasparenza. Li tkabbar din il-kwistjoni biex fiha twitti t-triq għal konverġenza u l-armonizzazzjoni tat-taxxi tmur lil hinn mill-għanijiet maqbula fit-trattati. Tal-aħħar hija kontro-produttiva għax tillimita aktar il-flessibilita` tar-reġjuni u tal-ġżejjer fil-periferija li l-aktar li għandhom bżonnha. Allura iva għal miżuri kollha li huma maħsuba biex jiżguraw it-trasparenza fit-taxxi, imma le għal miżuri li jikkontribwixxu għal aktar konverġenza u armonizzazzjoni fit-taxxi, saħaq Dr Sant.

Is-‘Survey’ tat-Tkabbir Annwali janalizza il-progress li l-UE tkun għamlet biex tasal lejn il-prijoritajiet strateġiċi. Is-‘Survey’ ifassal il-prijoritajiet għall-UE u jipprovdi politika ta’ gwida lill-istati membri għas-sena li tkun ġejja. Din hija l-ewwel tarġa tas-Semestru Ewropew li twassal biex isiru r-rakkommandazzjonijiet speċifiċi li l-UE tirrakkomanda lil kull pajjiż. Dr Sant se jkun rapporteur fit-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż. Dan ir-rapport se jkun diskuss f’Settembru tal-2016 fil-Kumitat tal-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi (ECON). Il-vot dwaru mistenni li jittieħed f’Ottubru tal-2016 fil-Plenarja.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=MhHnugIS4nE

FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI

L-attakki terroristiċi f’Pariġi wasslu lil Franza biex tirreferi għat-trattati li jsemmu assistenza u għajnuna mill-istati membri ġaladarba jkun hemm aggressjoni ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA

L-istati taż-żona ewro jridu jistennew sar-rebbiegħa biex isiru jafu jistgħux jibbenefikaw minn flessibilita` fit-tħaddim tal-baġits nazzjonali tagħhom. L-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja ...
Read More

L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU

L-Unjoni Ewropea trid tagħti aktar piż lir-realtajiet nazzjonali ta’ kull stat membru u mhux tipprova ssolvi kollox b’sistema ta’ ‘one-size-fits-all’, ...
Read More

GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA

Ċipru se jirċievi €115 miljun bħala għajnuna Ewropea u l-Greċja se tirċievi €10 miljuni. Il-Bank Ewropew ta’ Investiment (EIB) ħabbar ...
Read More

€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI

Il-Kummissjoni Ewropea se tpoġġi €6.5 biljun fil-fond ta’ Koeżjoni. Dawn il-fondi għandhom l-għan li jistimolaw l-investiment fl-Ewropa u jintegraw aħjar ...
Read More

IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista Alfred Sant qal li hu favur aktar koordinament u trasparenza fit-taxxi, imma hu kontra li r-rati ...
Read More

L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-għajnuna finanzjarja li ta l-gvern tal-Estonja lil-linja nazzjonali ta’ pajjiżu biex issalva, kisret il-liġijiet Ewropej għax, ...
Read More

NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE

L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera qed jipprovaw jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tal-mobilita` tal-ħaddiema wara li fi Frar tal-2014 l-Isvizzeri vvotaw li ...
Read More

KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE

L-UE u l-Awstralja mistennija jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom billi fost oħrajn jibdew negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles. Iż-żewġ naħat ...
Read More

INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni fiż-żona ewro fix-xahar ta’ Ottubru kienet ta’ 0.1% fiż-żona ewro u 0.0% fl-UE. F’Settembru kienet -0.1% fiż-żewġ ...
Read More

IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA

Id-dħul tal-pajjiżi tal-Balkani fl-Unjoni Ewropea għandha tkun prijorita` għaliex dawn huma fuq quddiem fil-kriżi tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ...
Read More

ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015

Fiż-żona ewro kien hemm żjieda ta’ 0.3% tal-Prodott Gross Domestiku u żjieda ta’ 0.4% fl-Unjoni Ewropea kollha, meta kkomparat mal-perijodu ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI

Il-Kummissjoni Ewropea talbet informazzjoni lil Olanda dwar l-arranġamenti ta’ taxxa li għamlet ma’ kumpaniji multinazzjonali bħal Microsoft, Pfizer, GlazoSmithKline u ...
Read More

X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA

L-Unjoni Ewropea għandha tipi differenti ta’ fondi li jinġabru mingħand il-pajjiżi membri tagħha biex imbagħad jitqassmu kif ikun deċiż mill-Kummissjoni ...
Read More

NOVEMBRU

Il-fjura li tissimbolizza x-xahar ta’ Novembru hija l-Chrysanthemum għax tkun għadha fl-aqwa tagħha f’dan ix-xahar. Din il-fjura hija l-iktar waħda ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment