L-istati taż-żona ewro jridu jistennew sar-rebbiegħa biex isiru jafu jistgħux jibbenefikaw minn flessibilita` fit-tħaddim tal-baġits nazzjonali tagħhom. L-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja u l-Italja qed jisħqu fuq l-impatt li kellhom l-immigranti illegali fuq il-finanzi pubbliċi f’pajjiżhom. Ma’ dawn żgur se jiżdiedu aktar stati membri. Il-Kummissjoni diġa` qed turi ħniena ma’ Franza li għadha kemm ħabbret li se tonfoq ħafna aktar minn dak li ppjanat biex iżżid il-miżuri ta’ sigurta` wara l-attakki riċenti f’Pariġi.
Il-Kummissjoni qalet li se tikkonsidra kollox imma li mhux se tieħu deċiżjoni qabel ma tara kif se jiżvolġu l-affarijiet u tistħarreġ kemm eżattament kienu l-ispejjeż li saru minħabba l-kriżi tal-immigrazzjoni. Mhux se tiftaħ proċeduri kontra l-istati membri minħabba defiċit eċċessiv sakemm dan jibqa’ viċin it-3% tal-Prodott Gross Domestiku.
Stima li għamlet l-Awstrija turi li minħabba l-influss tal-immigranti n-nefqa se tkun ta’ 0.08% u 0.16% tal-PGD fl-2015 u fl-2016 rispettivament. Il-pjan tal-baġit tal-Awstrija qiegħed f’riskju li ma jaqbilx mar-regoli tal-UE u li jiddevja mill-għanijiet stabbiliti għall-2016.
Il-Belġju u ż-żieda fin-nefqa minħabba l-influss ta’ immigranti hija ta’ 0.03% u 0.1% għall-2015 u l-2016 rispettivament. Il-pjan tal-baġit tal-Belġju jidher li jaqbel mar-regoli tal-UE.
Il-pjan tal-baġit tal-Finlandja jirreferi għan-nefqa li se jġarrab biex jintegra l-immigranti, imma ma jsemmix figuri. F’Settembru l-Finlandja talbet li tiddevja mill-pjan tal-baġit tagħha b’0.5% tal-PGD.
L-Italja hija l-aktar pajjiż li tista’ tgawdi mill-flessibilita` fil-pjan tal-baġit tagħha, spjega Pierre Moscovici. L-Italja talbet flessibilita` ta’ 0.2% tal-PGD, l-ispiża annwali għall-kriżi tal-immigrazzjoni fl-2016.
Il-baġits tal-Ġermanja, Estonja, Lussemburgu, l-Olanda, is-Slovakkja, Belġju, Latvja, Malta u Finlandja jidhru li se jintlaħqu. F’riskju li ma jintlaħqux hemm dawk tal-Italja, Litwanja u Awstrija. Franza trid tikkoreġi d-defiċit sal-2017, imma f’dan l-għan ma kinitx ikkunsidrata l-problema attwali tas-sigurta`. L-Irlanda u s-Slovenja għad iridu jikkonfermaw li se jilħqu l-miri tagħhom. Spanja u l-Portugall għad iridu jibagħtu l-pjanijiet tal-baġits tagħhom.
Il-KE qed tistenna li r-Renju Unit tkompli ittejjeb il-bilanċ strutturali għas-snin 2016-2017.
Il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Ewropej (ETUC) innotat li l-KE ma rrifjutat l-ebda pjan tal-istati nazzjonali u interpretat dan bħala sinjal li l-KE qed titbiegħed mill-politika ta’ awsterita`.
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment