L-Unjoni Ewropea għandha tipi differenti ta’ fondi li jinġabru mingħand il-pajjiżi membri tagħha biex imbagħad jitqassmu kif ikun deċiż mill-Kummissjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jissejħu ‘ta’ koeżjoni’. Il-kelma ‘koeżjoni’ tfisser tqarreb lejn xulxin. Jiġifieri dawn it-tip ta’ fondi qegħdin hemm bil-għan li titnaqqas id-differenza ekonomika u soċjali bejn l-istati membri.
Il-Fondi ta’ koeżjoni jiffukaw fuq proġetti ta’ infrastruttura kbira u proġetti ambjentali kbar. Bil-fondi ta’ koeżjoni fl-aħħar snin f’Malta saru proġetti bħall-impjant tal-Magħtab li jitratta l-iskart, il-proġett tas-Salina, numru ta’ toroq bħal Vjal l-Ewropa f’Ħal Luqa u t-terminal taċ-Ċirkewwa. Dawn il-fondi se jintużaw ukoll għall-proġett tal-flyover tal-Marsa li se jibda dalwaqt.
Mhux kull stat membru huwa eleġibbli għal dawn it-tip ta’ fondi. Għall-perijodu 2014-2020, 15-il pajjiż biss tal-Unjoni Ewropea kisbu dawn it-tip ta’ fondi: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Sa issa Malta qed tgawdi minn dawn il-fondi, imma fis-snin li ġejjin il-Kummissjoni Ewropea se tirrevedi l-affarijiet u aktarx Malta mhux se tibqa’ tirċievi aktar fondi ta’ koeżjoni mill-2018 ’il quddiem.
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/IMG_4849-300x300.jpg)
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/10/mhux-300x300.jpg)
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/20151111_EP-027899A_ABE_007-copy-300x300.jpg)
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/1500-Euro-Crisis-In-Greek-36010318-300x300.jpg)
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Worker-operating-asphalt-paver-50201894-300x300.jpg)
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Tax-rates-107380277-300x300.jpg)
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Estonian-Air-52077658-300x300.jpg)
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Switzerland-And-The-Eu-65765983-300x300.jpg)
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-cargo-ship-in-the-sea-in-the-s-75952826-300x300.jpg)
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/05/bigstock-Descending-Graph-75838534-300x300.jpg)
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/w1-renzi-a-20140223-300x300.jpg)
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/GDP-300x300.jpg)
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Evading-Taxes-7511303-300x300.jpg)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/010715173519-Proposed-new-Marsa-Junctiion-layout-in-Malta-300x300.jpg)
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment