Ċipru se jirċievi €115 miljun bħala għajnuna Ewropea u l-Greċja se tirċievi €10 miljuni. Il-Bank Ewropew ta’ Investiment (EIB) ħabbar li kien se jagħti self ta’ €100 miljun oħra bħala appoġġ għall-investimenti infrastrutturali f’Ċipru. €15-il miljun oħra se jingħataw bħala self biex iservu ta’ appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji tal-gżira Ċiprijotta. Il-Bank Ewropew ta’ Investiment sellef €15-il miljun lil ‘Hellenic Bank’ biex jappoġġja l-impjiegi għaż-żgħażagħ, wara self inizjali ta’ €35 li diġa` ngħata f’Settembru tal-2014.
L-Istituzzjonijiet Ewropej (il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali) ħabbru li lestew il-missjoni tagħhom f’Ċipru. L-esperti internazzjonali reġgħu għamlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar self jew loans li mhux irendu interessi. Għal dan il-għan l-awtoritajiet Ċiprijotti diġa` wettqu xi tibdiliet fil-liġi imma issa qed ikunu mitluba jimplimentawhom b’mod effettiv. L-Istituzzjonijiet saħqu dwar l-importanza li jkun hemm qafas legali f’kas ta’ falliment u f’każijiet fejn il-persuni jaqgħu lura fil-pagamenti tal-loans tal-propjeta` tagħhom. Il-gżira ta’ Ċipru qed tkun mitluba tagħmel aktar riformi strutturali, b’mod partikolari fil-proċess ta’ privatizzazzjoni u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. L-esperti ma semmew xejn dwar il-finanzjament li se jirċievi Ċipru fix-xhur li ġejjin. L-istati membri taż-żona ewro u l-Fond Monetarju Internazzjonali jridu japprovaw il-konklużjonijiet ta’ din il-missjoni biex Ċipru jirċievi l-finanzjament li jmiss. X’aktarx li japprovawh f’Jannar li ġej.
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/IMG_4849-300x300.jpg)
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/10/mhux-300x300.jpg)
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/20151111_EP-027899A_ABE_007-copy-300x300.jpg)
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/1500-Euro-Crisis-In-Greek-36010318-300x300.jpg)
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Worker-operating-asphalt-paver-50201894-300x300.jpg)
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Tax-rates-107380277-300x300.jpg)
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Estonian-Air-52077658-300x300.jpg)
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Switzerland-And-The-Eu-65765983-300x300.jpg)
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-cargo-ship-in-the-sea-in-the-s-75952826-300x300.jpg)
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/05/bigstock-Descending-Graph-75838534-300x300.jpg)
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/w1-renzi-a-20140223-300x300.jpg)
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/GDP-300x300.jpg)
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/bigstock-Evading-Taxes-7511303-300x300.jpg)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/11/010715173519-Proposed-new-Marsa-Junctiion-layout-in-Malta-300x300.jpg)
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment