Fl-2015 daħlu 2, 072 prodott perikoluż fil-pajjiżi tal-UE. 62% minn dawn il-prodotti kienu ġejjin miċ-Ċina. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-irtirar ta’ dawn il-prodotti perikolużi qed isir bla dewmien, iżda xorta baqa’ sfidi x’jingħelbu. Fi żmien l-era diġitali preżenti, meta l-konsumatur jixtri ‘online’ u jirċievi direttament l-oġġetti bil-posta, irid isir titjib fid-dwana. Il-Kummissjoni ħejjiet €2.5 miljun ewro biex oġġetti mibjugħa ‘online’ ikunu ċċekkjati aħjar.
Il-Kummissjoni tixtieq li ċ-Ċina wkoll tiċċekkja l-prodotti qabel l-esportazzjoni. B’titjib fis-sistema jkun ukoll aktar faċli li jinstab il-manifattur li jkun ipproduċa l-oġġett perikoluż. B’hekk ikun identifikat u ppenalizzat. Fil-preżent għadu diffiċli ħafna biex jinstab is-sors li jkun ipproduċa oġġett.
L-aktar oġġetti li ġew irrapportati minħabba l-periklu kienu l-ġugarelli (555 sejħa jew 27%), il-ħwejjeġ, it-tessuti u oġġetti oħra tal-moda (346 sejħa jew 17%), apparat elettroniku (199 sejħa jew 9%) u prodotti tal-ġojjellerija (117-il sejħa jew 6%).
Il-Kummissjoni qalet li sar monitoraġġ dwar l-użu ta’ kimiċi mhux awtorizzati u beħsiebha ttejjeb is-sistema biex taqbad aktar malajr riskji moħbija ta’ dan it-tip.
FRANZA THEDDED LI TIFFRIŻA N-NEGOZJATI TAT-TTIP
Read MoreTRID TĦALLAS BIEX MA TIĦUX IMMIGRANTI
Read MoreTKABBIR EKONOMIKU STABBLI FL-2016
Read MoreID-DEĊIŻJONIJIET EWROPEJ LI JAFFETTWAW LIL PAJJIŻNA
Read MoreJINĦATRU L-MEMBRI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
Read MoreJIŻDIEDU L-IMPJIEGI
Read MorePRODOTTI PERIKOLUŻI : L-AKTAR MIĊ-ĊINA U ‘ONLINE’
Read MoreJONQSU D-DEJN U D-DEFIĊIT FL-EWROPA
Read MoreTIŻDIED L-ESPORTAZZJONI AGRARJA
Read More€70 BILJUN FIS-SENA FI SPEJJEŻ MINĦABBA L-OBESITA`
Read MoreSKONTIJIET GĦAL KULĦADD F’EURODISNEY
Read MoreMalta u l-Unjoni Ewropea NL39
Read More
Post a comment