L-obesita` qed tiswa €70 biljun lill-gvernijiet Ewropej fis-sena f’servizzi tas-saħħa u produttivita` mitlufa. Sas-sena 2030, aktar minn 50% tal-Ewropej se jkunu obesi. F’ċertu pajjiżi, in-numru ta’ nies li se jkollhom piż żejjed jew obesita` jista’ jaqbeż saħansitra d-90%. Il-piż tal-ispejjeż kollha jaf ikunu aktar minn hekk, għax l-obesita` tikkawża mard ieħor, bħal dijabete, mard tal-qalb u forom ta’ kanċer.
Dan sar magħruf f’Konferenza dwar l-Obesita` organizzata minn Afred Sant fil-Parlament Ewropew. Dr. Sant qal li hemm bżonn urġenti li l-obesita` tkun rikonoxxuta bħala marda biex ir-riżorsi jkunu użati aħjar f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-marda. Titjib fil-prevenzjoni u t-trattament tal-obesita` joffri tnaqqis tanġibbli fin-nefqa tas-servizzi tas-saħħa, kif ukoll inaqqsu t-tbatija tal-miljuni ta’ nies li huma affettwati b’din il-marda. L-obesita` hija kumplessa għax ikkawżata minn fatturi differenti; fatturi li jinkludu dawk mediċi, kulturali u anki soċjo-ekonomiċi.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li s-soċjeta` u l-gvernijiet għandhom jaħdmu biex tkun ikkontrollata l-epidemija tal-obesita`. “Il-politika nazzjonali tal-pajjiżi għandha tinkoraġġixxi u tipprovdi opportunitajiet għal aktar attivita` fiżika. Kif ukoll għandha tiżgura li l-ikel sustanzjuż ikun aċċessibbli, disponibbli u bi prezzijiet raġonevoli. Nies minn setturi differenti tal-Gvern, mis-soċjeta` ċivili u mis-settur privat ukoll għandhom ikunu involuti.” qalet il-WHO.
FRANZA THEDDED LI TIFFRIŻA N-NEGOZJATI TAT-TTIP
Read MoreTRID TĦALLAS BIEX MA TIĦUX IMMIGRANTI
Read MoreTKABBIR EKONOMIKU STABBLI FL-2016
Read MoreID-DEĊIŻJONIJIET EWROPEJ LI JAFFETTWAW LIL PAJJIŻNA
Read MoreJINĦATRU L-MEMBRI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
Read MoreJIŻDIEDU L-IMPJIEGI
Read MorePRODOTTI PERIKOLUŻI : L-AKTAR MIĊ-ĊINA U ‘ONLINE’
Read MoreJONQSU D-DEJN U D-DEFIĊIT FL-EWROPA
Read MoreTIŻDIED L-ESPORTAZZJONI AGRARJA
Read More€70 BILJUN FIS-SENA FI SPEJJEŻ MINĦABBA L-OBESITA`
Read MoreSKONTIJIET GĦAL KULĦADD F’EURODISNEY
Read MoreMalta u l-Unjoni Ewropea NL39
Read More
Post a comment