Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sanzjonijiet finanzjarji għal dawk il-pajjiżi li jirrifjutaw li jieħdu l-immigranti taħt l-iskema ta’ rilokazzjoni. Kull pajjiż tal-UE se jħallas €250,000 għal kull rifuġjat li jirrifjuta. Din il-miżura hija parti minn regoli oħra magħmula apposta biex jirriformaw it-Trattat ta’ Dublin li jirreferi għal-liġijiet u r-regoli tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.

It-tieni pass huwa li l-proposti tal-Kummissjoni jsiru liġijiet. Jekk dan iseħħ, l-ewwel stat membru li fuqu jirfsu l-immigranti jkollu jipproċessa t-talbiet tal-ażil, imma kontra dak li qed jiġri bħalissa, ma jkollux għalfejn iżomm l-immigranti li jaslu għandu. Din ir-regola għandha l-għan li tħaffef ftit mill-piżijiet li qed iġorru l-pajjiżi li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE. Ħafna minn dawk li jfittxu kenn fl-Ewropa jirrifjutaw li jagħmlu talba għall-ażil fl-ewwel stat membru li jirfsu fuqu għax ikunu jridu jmorru fi stat membru ieħor. Allura jimxu għal stati oħra tal-UE b’mod illegali. Permezz ta’ din ir-regola, l-UE trid twaqqaf dan l-aġir ukoll.

L-UE se tagħti numru ta’ kemm kull pajjiż jiflaħ jirreġistra immigranti. Jekk in-numru tal-wasliet jilħaq 150% tat-total li jista’ jirċievi pajjiż, jiskatta mekkaniżmu korrettiv u l-applikazzjonijiet l-ġodda jkunu rilokati għal pajjiż ieħor, sakemm in-numru ta’ applikazzjonijiet jerġa’ jinżel taħt il-150%.

Il-problema tal-Kummissjoni hija li hemm pajjiżi li ma jridux jieħdu sehem fl-iskema ta’ rilokazzjoni. L-Ungerija ħabbret referendum dwar din il-kwistjoni u s-Slovakkja sejra l-qorti minħabba skema ta’ rilokazzjoni.

It-tweġiba tal-Kummissjoni hija – ma tridx tieħu immigranti? Ħallas għalihom minflok. Il-gvernijiet nazzjonali jkollhom permess ma jiħdux sehem fl-iskema jekk ikunu lesti jħallsu lill-istat membru li jkun qed jieħu ħsieb l-immigranti tagħhom.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-proposta biex it-Torok jidħlu fix-Xengen mingħajr visa. It-Turkija wettqet 10 mit-72 kriterju li kellha ddaħħal sal-aħħar ta’ Ġunju. L-awtoritajiet Torok neħħew il-ħtieġa ta’ visa għal 11-il stat membru li bħalissa għandhom bżonn il-visa biex jidħlu t-Turkija, fosthom il-Pollakki u ċ-Ċiprijotti. Dan għamlitu biex tirreċiproka l-aġir tal-UE. Il-Kummissjoni ħabbret li se tagħmel xi ħaġa simili mal-Kosovo.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill dwar l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Ġermanja, id-Danimarka, Franza, Awstrija u Svezja.

FRANZA THEDDED LI TIFFRIŻA N-NEGOZJATI TAT-TTIP

Franza qed thedded li topponi t-TTIP wara r-rivelazzjonijiet dwar in-negozjati għal kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti. François Hollande ...
Read More

TRID TĦALLAS BIEX MA TIĦUX IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sanzjonijiet finanzjarji għal dawk il-pajjiżi li jirrifjutaw li jieħdu l-immigranti taħt l-iskema ta’ rilokazzjoni. Kull pajjiż tal-UE ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU STABBLI FL-2016

It-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea għal din is-sena se jibqa’ stabbli meta mqabbel mal-2015, minkejja problemi fi swieq barranin fosthom fiċ-Ċina ...
Read More

ID-DEĊIŻJONIJIET EWROPEJ LI JAFFETTWAW LIL PAJJIŻNA

Huwa importanti li l-poplu jifhem id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u li jaffettwaw lil Malta. L-Unjoni Ewropea qed taffaċċja ...
Read More

JINĦATRU L-MEMBRI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Il-Kunsill Ewropew ħatar ħames membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż il-Pollakk Janis Wojciechowski li flimkien ma’ Toni Abela ma kienx ġie ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

Il-persentaġġ ta’ nies li qed jaħdmu fl-Ewropa ta’ eta` bejn l-20 u 64 sena huwa ta’ 70%. Din ir-rata turi ...
Read More

PRODOTTI PERIKOLUŻI : L-AKTAR MIĊ-ĊINA U ‘ONLINE’

Fl-2015 daħlu 2, 072 prodott perikoluż fil-pajjiżi tal-UE. 62% minn dawn il-prodotti kienu ġejjin miċ-Ċina. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-irtirar ...
Read More

JONQSU D-DEJN U D-DEFIĊIT FL-EWROPA

Id-defiċit pubbliku kkomparat mal-Prodott Gross Domestiku (PDG) fiż-żona ewro naqas minn 2.6% fl-2014 għal 2.1% fl-2015, u fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

TIŻDIED L-ESPORTAZZJONI AGRARJA

L-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli Ewropej żdiedet u fi Frar laħqet l-€10.2 biljun ewro. Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea juru li kkomparat mal-istess ...
Read More

€70 BILJUN  FIS-SENA FI SPEJJEŻ MINĦABBA L-OBESITA`

L-obesita` qed tiswa €70 biljun lill-gvernijiet Ewropej fis-sena f’servizzi tas-saħħa u produttivita` mitlufa. Sas-sena 2030, aktar minn 50% tal-Ewropej se ...
Read More

SKONTIJIET GĦAL KULĦADD F’EURODISNEY

L-iskont fix-xiri ta’ biljetti annwali għal EURODISNEY, li qabel setgħu jgawdu minnu persuni li kellhom kont bankarju fi Franza, issa ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL39

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment