Franza qed thedded li topponi t-TTIP wara r-rivelazzjonijiet dwar in-negozjati għal kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti. François Hollande saħaq li pajjiżu huwa kontra kummerċ ħieles mhux regolat. “L-UE ilha tagħmel proposti mingħajr l-ebda reċiproċita` mill-Istati Uniti. Dan mhux aċċettabbli. L-aħjar soluzzjoni hi li nwaqqfu d-diskussjonijiet” żied jgħid il-Ministru tal-Kummerċ Franċiż Matthias Fekl. Fekl jemmen li l-Amerikani ma jridux jisimgħu bl-aċċess tal-industriji żgħar fis-suq Amerikan; bil-protezzjoni tal-agrikoltura Ewropea; bl-indikazzjonijiet ġeografiċi u bir-rispett lejn il-livelli ambjentali għolja li ngawdu fl-Ewropa. Jidher li baqa’ ħafna xi jsir biex jingħalqu n-negozjati sa tmiem 2016.

Is-sentiment tqanqal wara li l-għaqda Greenpeace żvelat dokumenti sigrieti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Il-ftehim jolqot aktar minn 800 miljun ċittadin fl-UE u fl-Istati Uniti. Greenpeace qed tgħid Ii t-TTIP huwa biss trasferiment tal-poter tal-poplu lill-kumpaniji multinazzjonali.

Greenpeace qalet li erba’ aspetti f’din il-pożizzjoni huma inkwetanti ħafna. Iż-żewġ naħat qed iġibu l-ekonomija u l-profitti qabel is-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-ħxejjex.  Tgħid li ma hemmx referenza għall-protezzjoni tal-klima u qed targumenta li bil-ftehim din il-protezzjoni se tkun aktar diffiċli. It-TTIP jħalli bieb miftuħ biex il-kumpaniji multinazzjonali jheddu l-ambjent u d-drittijiet tal-konsumaturi. 

Il-KE sfidat il-konklużjonijiet tal-Greenpeace u saħqet li l-Greenpeace waslet għal ‘konklużjonijiet ħżiena’ u li ma ġie żvelat xejn ġdid milli kien diġa` magħruf. Hija minn ewl id-dinja li żewġ naħat ikollhom pożizzjonijiet differenti, qalet il-KE : “F’ċerti oqsma kien hemm qbil, f’ċerti oqsma mxejna ’l quddiem u f’oħrajn mhux se naqblu. L-ebda ftehim m’hu se jnaqqas mill-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. Il-ftehim mhux se jillimitana biex fil-futur jiddaħħlu regoli ġodda li jipproteġu ċ-ċittadini u l-ambjent.” Il-Kummissjoni insistiet li l-istandards Ewropej mhux se jitbaxxew u li dak li ġie żvelat jirrifletti l-pożizzjonijiet taż-żewġ naħat, li mhux bilfors ikunu aċċettati.

Jibqa’ l-fatt li d-dokumenti sigrieti li żvelaw il-Greenpeace jikxfu l-pożizzjoni Amerikana li sa issa kienet baqgħet mistura. Id-dokumenti juru żbilanċ fin-negozjati tat-TTIP. Ma niħduhiex bi kbira jekk dawn il-‘leaks’ ikomplu jitfgħu lura l-possibilita` li l-ftehim jingħalaq qabel tintemm il-Presidenza ta’ Obama fi tmiem din is-sena.

FRANZA THEDDED LI TIFFRIŻA N-NEGOZJATI TAT-TTIP

Franza qed thedded li topponi t-TTIP wara r-rivelazzjonijiet dwar in-negozjati għal kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti. François Hollande ...
Read More

TRID TĦALLAS BIEX MA TIĦUX IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sanzjonijiet finanzjarji għal dawk il-pajjiżi li jirrifjutaw li jieħdu l-immigranti taħt l-iskema ta’ rilokazzjoni. Kull pajjiż tal-UE ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU STABBLI FL-2016

It-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea għal din is-sena se jibqa’ stabbli meta mqabbel mal-2015, minkejja problemi fi swieq barranin fosthom fiċ-Ċina ...
Read More

ID-DEĊIŻJONIJIET EWROPEJ LI JAFFETTWAW LIL PAJJIŻNA

Huwa importanti li l-poplu jifhem id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u li jaffettwaw lil Malta. L-Unjoni Ewropea qed taffaċċja ...
Read More

JINĦATRU L-MEMBRI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Il-Kunsill Ewropew ħatar ħames membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż il-Pollakk Janis Wojciechowski li flimkien ma’ Toni Abela ma kienx ġie ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

Il-persentaġġ ta’ nies li qed jaħdmu fl-Ewropa ta’ eta` bejn l-20 u 64 sena huwa ta’ 70%. Din ir-rata turi ...
Read More

PRODOTTI PERIKOLUŻI : L-AKTAR MIĊ-ĊINA U ‘ONLINE’

Fl-2015 daħlu 2, 072 prodott perikoluż fil-pajjiżi tal-UE. 62% minn dawn il-prodotti kienu ġejjin miċ-Ċina. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-irtirar ...
Read More

JONQSU D-DEJN U D-DEFIĊIT FL-EWROPA

Id-defiċit pubbliku kkomparat mal-Prodott Gross Domestiku (PDG) fiż-żona ewro naqas minn 2.6% fl-2014 għal 2.1% fl-2015, u fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

TIŻDIED L-ESPORTAZZJONI AGRARJA

L-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli Ewropej żdiedet u fi Frar laħqet l-€10.2 biljun ewro. Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea juru li kkomparat mal-istess ...
Read More

€70 BILJUN  FIS-SENA FI SPEJJEŻ MINĦABBA L-OBESITA`

L-obesita` qed tiswa €70 biljun lill-gvernijiet Ewropej fis-sena f’servizzi tas-saħħa u produttivita` mitlufa. Sas-sena 2030, aktar minn 50% tal-Ewropej se ...
Read More

SKONTIJIET GĦAL KULĦADD F’EURODISNEY

L-iskont fix-xiri ta’ biljetti annwali għal EURODISNEY, li qabel setgħu jgawdu minnu persuni li kellhom kont bankarju fi Franza, issa ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL39

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment