Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, “Sorpriż li tinsab hawn. Int ħdimt biex il-Brittanniċi joħorġu mill-UE, il-Brittanniċi vvotaw biex joħorġu mill-UE. Allura int x’int tagħmel hawn?” Il-kliem qajjem tbissim u għajjat ta’ approvazzjoni fost dawk li kienu għadhom ma jistgħux jemmnu li r-Renju Unit se joħroġ mill-UE.
L-Ewroparlamentari Farage wieġeb, “Meta sbatax-il sena ilu għedtilkom li ridt nagħmel referendum biex noħroġ lir-Renju Unit mill-UE, kollha dħaktu bija. Issa mhux tidħku imma.” Sintendi lil Farage ma nibqgħux narawh fil-Parlament Ewropew meta r-Renju Unit jkun ħareġ formalment mill-UE. Jista’ jagħti l-każ li l-anqas l-Ingliż ma nibqgħu naraw u nisimgħu sa dak iż-żmien fl-istituzzjonijiet Ewropej jekk ma jibqax wieħed mill-24 lingwa uffiċċjali tal-UE. Dan għaliex il-Brittanniċi biss għażlu l-Ingliż bħala lingwa uffiċċjali. Pajjiżi oħra li għandhom l-Ingliż bħala waħda mil-lingwi uffiċċjali tagħhom, bħal Malta u l-Irlanda, għażlu l-Malti u l-Gaelic għax fi żmien is-sħubija tagħhom l-Ingliż kien diġa` lingwa uffiċċjali tal-UE.
L-Ingliż huwa l-iktar lingwa użata fix-xogħol tal-istituzzjonijiet Ewropej u bejn il-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE. Jekk l-Ingliż irid jinżamm bħala lingwa uffiċċjali, iridu jinbidlu r-regoli jew jinbidel il-mod kif inhuma interpretati. B’dan il-mod il-pajjiżi jkunu jistgħu jagħżlu aktar minn lingwa uffiċċjali waħda. Il-Wall Street Journal irrapportat li l-Kummissjoni diġa` bdiet tuża aktar il-Franċiż u l-Ġermaniż fil-komunikazzjonijiet esterni tagħha bħala mossa simbolika wara l-vot tar-Renju Unit.
L-AĦĦAR ĊENA
Read MoreL-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET
Read MoreELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA
Read MoreGĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE
Read MoreJINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN
Read More890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014
Read MoreDIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ
Read MoreID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI
Read MoreJINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ
Read More
Post a comment