Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano Rajoy tal-Partit Popolari taċ-Ċentru Lemin. Dan il-Partit żied il-voti mill-aħħar elezzjoni u issa kiseb 137 siġġu minn total ta’ 350 siġġu. Issa jeħtieġ li dan il-partit jifforma koalizzjoni biex ikollu maġġoranza ta’ siġġijiet u jkun jista’ jiggverna.

It-tieni partit li ġab l-akbar numru ta’ voti kienu s-Soċjalisti bi 22.7% u 85 siġġu (ħames siġġijiet anqas milli kellu), iżda riżultat li permezz tiegħu l-mexxej soċjalist tant kritikat Pedro Sanchez se jżomm postu.

Il-Partit Podemos li kien kontra l-awsterita` ngħaqad mal-Komunisti u flimkien ġabu total ta’ 71 siġġu. Il-partit liberali ġdid Ciudadanos kiseb 32 siġġu (tmienja anqas milli kellu).

Żewġ fatturi għenu l-partiti tradizzjonali – l-ewwel fattur kien il-Brexit. Fl-24 ta’ Ġunju l-istock exchange Spanjol niżel bi 12.4%. Dan ħeġġeġ lill-Ispanjoli biex ikunu anqas avventurużi. Fattur ieħor kien li ħarġu anqas nies minn Diċembru biex jivvotaw. Dan il-fattur għen lil Partit Popolari.

Mariano Rajoy sar Prim Ministru fl-2011 meta Spanja daħlet f’riċessjoni. Minn hemm bdiet il-politika tiegħu ta’ riformi fis-suq tax-xogħol, tnaqqis fl-infiq tal-Gvern u miżuri ta’ awsterita`. Minkejja skandli ta’ korruzzjoni li xejn ma niżlu tajjeb mal-elettorat, Rajoy reġa’ ħareġ rebbieħ. Issa jmiss li jibda t-taħdidiet biex jifforma koalizzjoni. Is-saħħa tal-gvern Spanjol u tal-futur politiku ta’ Spanja tiddependi minn dawn in-negozjati. Rajoy jixtieq jifforma koalizzjoni kbira mas-Soċjalisti iżda kollox jindika li dan mhux se jseħħ hekk kif il-mexxej Soċjalista Sanchez ma jridx jaf bi ftehim ta’ dan it-tip. Iċ-ċans biex Rajoy ikollu gvern stabbli huwa billi jiftiehem mal-partiti ż-żgħar. Spanja teħtieġ bidla u tmexxija soda. Huwa fl-interess tal-pajjiż li ma ssirx it-tielet elezzjoni Spanjola fil-futur qarib.

L-AĦĦAR ĊENA

Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat ...
Read More

L-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET

Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi ...
Read More

ELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA

Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano ...
Read More

GĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE

Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru ...
Read More

JINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN

Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini ...
Read More

890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014

Fl-2014, madwar 890, 000 persuna saru ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 9% fuq is-sena 2013 fejn il-figura ...
Read More

DIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ

Stħarriġ mill-organizzazzjoni tal-bdiewa Ewropej għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, juri li l-bdiewa huma mdejqin ħafna. Kaġun ta’ dan id-dwejjaq ...
Read More

ID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI

Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem -  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan ...
Read More

JINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ

Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment