Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat sa issa fi ħdan l-UE. Kien hemm atmosfera ta’ dieqa, imma realistika. Fuq il-mejda tal-ikel, Cameron poġġa skond il-protokoll tal-UE fejn il-Prim Ministri tpoġġew skond ir-rotazzjoni tal-Presidenza Ewropea. Kull pajjiż ikollu l-Presidenza u jmexxi l-Kunsill għal sitt xhur, minkejja li l-poteri tal-Presidenza huma limitati. Fuq is-‘seating’ kien hemm qbil. Cameron (Lulju-Diċembru 2017) poġġa bejn Joseph Muscat  (Malta) u bejn Taavi Roivas (Estonja).

F’din iċ-ċena l-Prim Ministri tal-UE sellmu lil Cameron, semmew sekli twal ta’ storja bejn iż-żewġ naħat bi tħejjija għat-tmiem ta’ 43 sena sħubija tar-Renju Unit fl-UE. Merkel qalet li din kienet okkażjoni ta’ dieqa, imma ddeskrivietha bħala ġrajja reali. “Il-politiċi m’għandhomx jinħakmu wisq mis-sogħba għax issa rridu nkunu realistiċi u naslu għall-konklużjonijiet meħtieġa”.

Cameron kien ċar fi kliemu. Iddispjaċieh li għadda l-vot tal-BREXIT. Għamel li seta’ biex jevitah, imma l-pjan tiegħu ma ħadimx.  L-immigrazzjoni kienet fattur importanti biex għadda l-vot tal-BREXIT. Forsi kieku l-UE ħadet aktar azzjoni fuq l-għadd ta’ immigranti li jrid jaċċetta r-Renju Unit, ir-riżultat seta’ kien differenti. Imma, bħal dejjem, ma hemmx kawża waħda li wasslet għall-ħruġ ta’ dan il-pajjiż mill-UE. L-UE ilha tinħass maqtugħa mir-realtajiet tal-popli fi ħdanha.

Wara t-terremot fis-swieq internazzjonali, kien hemm pressjoni fuq l-UE biex timplimenta, bla dewmien, Artiklu 50 għal tluq immedjat tar-Renju Unit mill-UE. Cameron, li baqagħlu sa Ottubru bħala PM, għamilha ċara qabel is-Summit li se jkun is-suċċessur tiegħu li jmexxi n-negozjati mal-UE għal relazzjonijiet ġodda bejn iż-żewġ naħat.

Għall-ewwel darba r-Renju Unit kien eskluż mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-bieraħ li bdiet tiddiskuti l-istrateġija tas-27 membru stat tal-UE. Diġa` bdiet it-tellieqa għas-suċċessur ta’ Cameron.  Fil-Partit Laburista Ingliż, Corbyn aktarx isib min jisfidah wara l-vot ta’ sfiduċja fost il-membri parlamentari tal-partit tiegħu. Ir-Renju Unit jinsab maqbud f’inċertezza politika u jkun xieraq li l-UE tagħti aktar żmien lil dan il-pajjiż jistejqer biex eventwalment jiġu mfassla l-aqwa relazzjonijiet bejnu u bejn l-UE l-ġdida.

L-AĦĦAR ĊENA

Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat ...
Read More

L-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET

Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi ...
Read More

ELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA

Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano ...
Read More

GĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE

Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru ...
Read More

JINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN

Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini ...
Read More

890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014

Fl-2014, madwar 890, 000 persuna saru ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 9% fuq is-sena 2013 fejn il-figura ...
Read More

DIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ

Stħarriġ mill-organizzazzjoni tal-bdiewa Ewropej għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, juri li l-bdiewa huma mdejqin ħafna. Kaġun ta’ dan id-dwejjaq ...
Read More

ID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI

Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem -  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan ...
Read More

JINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ

Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment