Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi oħra ma jitħajrux joħorġu mill-UE. Tentazzjoni oħra tkun indirizzata lejn proċess ta’ tisħiħ tar-regoli ta’ sħubija.  Alfred Sant, li indirizza laqgħa fl-INSPIRE f’Wied il-Għajn, qal li hemm bżonn li dawn iż-żewġ tentazzjonijiet jingħelbu għax eventwalment iqanqlu aktar sentiment kontra l-UE u jwasslu għal konfużjoni dwar l-aħjar aġir fil-qasam tal-immigrazzjoni u t-terroriżmu. L-UE trid tikkonsolida l-operat tagħha u tippreżentah b’mod li jinftiehem u jkun apprezzat mill-popli f’pajjiżhom. Ilna żmien twil ngħidu dan kollu iżda li jiġri huwa dan – wara li jkun intqal il-paroli kollu, fi Brussell kollox jerġa’ jibqa’ miexi bl-istess mod.”

Il-kriżi li qanqlet il-Brexit hija turija oħra tat-tensjoni li se tibqa’ ssus fl-Unjoni Ewropea bejn il-prinċipju tal-għaqda kontinentali u l-ġibda lejn aktar kontrolli nazzjonali fuq id-destin tal-istati membri tal-UE. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża dwar l-immigrazzjoni u t-terroriżmu fl-Ewropa fl-INSPIRE f’Marsaskala. Dr Sant qal li l-immigrazzjoni u l-awsterita`, taħt ir-regoli tat-tmexxija ekonomika neo-liberali, żiedu din it-tensjoni; tensjoni li minn dejjem kienet b’saħħitha fir-Renju Unit, imma li issa qed tikber madwar l-Istati Membri kollha.

Dr Sant qal li l-Brittanniċi minn dejjem sabuha diffiċli biex jadattaw għar-regoli tal-UE. “Il-Brittanniċi qatt ma jitkellmu dwar ‘Ewropa’, imma dwar ‘is-suq komuni’. Issa li nqatgħu mill-UE, it-tama tagħhom se tkun li r-Renju Unit ma jinħakimx minn partiti tal-lemin. Dawn il-partiti jistgħu jżommu immigranti ġodda milli jidħlu f’pajjiżhom imma b’reazzjoni għal dan, jistgħu jqanqlu t-theddida tat-terroriżmu.”

Il-Konferenza organizzata mill-Uffiċċju ta’ Dr Sant u l-S&D kienet indirizzata wkoll minn Mark Camilleri u Nikita Zammit Alamango.

 

L-AĦĦAR ĊENA

Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat ...
Read More

L-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET

Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi ...
Read More

ELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA

Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano ...
Read More

GĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE

Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru ...
Read More

JINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN

Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini ...
Read More

890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014

Fl-2014, madwar 890, 000 persuna saru ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 9% fuq is-sena 2013 fejn il-figura ...
Read More

DIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ

Stħarriġ mill-organizzazzjoni tal-bdiewa Ewropej għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, juri li l-bdiewa huma mdejqin ħafna. Kaġun ta’ dan id-dwejjaq ...
Read More

ID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI

Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem -  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan ...
Read More

JINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ

Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment