Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż qed isiru appelli biex ma jsirx tiftix ta’ mostri immaġinarji fl-inħawi fejn kien hemm il-gwerra ċivili fl-1995. Hemmhekk għad hemm 120,000 ‘mine’ li għadhom perikolużi u li jistgħu jikkawżaw l-imwiet. Mill-1995 diġa` mietu 600 persuna wara li rifsu dawn il-‘mines’. Il-fenomenu tal-Pokemon ħakem il-Bosnja bħalma ħakem kull pajjiż fl-Ewropa, inkluż f’Malta.
Il-‘Pokemon Go’ ġennet bosta nies għal warajha wara li waslet fl-Ewropa. L-ewwel daħlet fil-Ġermanja iżda l-użu malajr infirex fl-Italja, Spanja, il-Portugall u l-Lvant tal-Ewropa. Il-karattri tal-Pokemon virtwali jistgħu jinstagħbu f’postijiet li jeżistu tassew bħal knejjes, libreriji, pjazez u postijiet simili. F’din il-logħba jitħalltu ix-xbihat diġitali ma’ ambjenti reali. Forsi għalhekk li l-logħba qed tikseb tant suċċess u qed tingħoġob minn miljuni ta’ nies.
SAJF TA’ BIŻA’
Read More
FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA
Read More
IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT
Read More
IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE
Read More
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN
Read More
PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE
Read More
BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE
Read More
KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA
Read More
IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA
Read More
Post a comment