L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ vittmi. Wara l-attakk ta’ Bastilja f’Nizza, seħħ l-attakk bil-mannara fil-ferrovija f’Wurzbur, l-isparar fi Munich, l-attakk suwiċida tas-Sirjan li sploda lilu nnifsu f’Ansbach, l-attakk u l-qtil ta’ mara tqila f’Reutlingen, l-isparatura fuq tabib fl-isptar Ġermaniż Charite` University Hospital u l-attakk f’Rouen fi Franza. Dawn l-attakki ħolqu mwiet, midruba u kaos. L-iskop u ċ-ċirkostanzi tal-attakki kienu differenti, imma issa t-terrur infirex ukoll fil-Ġermanja.  L-aħħar terrur f’dan il-pajjiż u fl-Ewropa kien fis-snin 70 u 80 meta militanti kienu joqtlu l-mijiet għal skopijiet politiċi fil-Ġermanja, l-Italja, Spanja u fir-Renju Unit.

Hemm differenza bejn terroriżmu u qtil tal-massa minn individwi instabbli. Dawn l-atti ma konniex nisimgħu bihom sa sentejn ilu, iżda l-prevalenza tagħhom tista’ tħajjar ripetizzjoni ta’ reati simili. Huwa faċli li individwi instabbli jassorbu l-vjolenza u l-aggressjoni tal-attakki li qed isiru u jitħajru jippruvaw attentati akbar ta’ vjolenza. Din hija realta` ġdida. Realta` li turi l-importanza li titjieb l-informazzjoni miġbura mill-aġenziji ta’ spjunaġġ Ewropej ta’ individwi perikolużi mentalment.

L-aħħar attakk fil-Ġermanja kompla jżid l-iskumdita` dwar il-politika ta’ Angela Merkel li aċċettat miljun immigrant fil-pajjiż fl-aħħar sena minn dawk li kienu qed jaħarbu mill-Afganistan, is-Sirja u l-Iraq. “Huwa tal-biża’ li xi ħadd li ġie għall-kenn f’pajjiżna wettaq attakk suwiċida” qal il-Ministru tal-Intern Joachim Herrmann.

Kemm jekk huma terroristi jew mentalment instabbli, dawn qed jitterrorizzaw u jibdlu l-ħajja tal-Ewropej. Jidher ċar li s-servizzi tas-sigurta` fl-Ewropa huma aktar imħarrġa biex isibu networks tat-terrur, milli jaslu għal dawk li qed ikunu deskritti bħala ‘ilpup solitarji’. Diffiċli, jekk mhux impossibbli, li tagħraf minn qabel lil min mhux magħruf mas-servizzi ta’ spjunaġġ jew mal-pulizija. Dawn iċ-ċirkostanzi ġodda jitolbu preżenza akbar ta’ suldati u forom ta’ sigurta`.

Bla dubju it-theddida tal-gruppi Ġiħadisti u l-‘ilpup solitarji’ li qed ifeġġu fi bliet Ewropej se jkomplu jġebbdu x-xogħol tal-aġenziji ta’ spjunaġġ u d-dipartimenti tal-Pulizija fl-Ewropa. Fl-aħħar xhur kien hemm żjieda enormi fl-arresti ta’ Islamiċi radikali u suspettati nazzjonalisti fl-Ewropa. Iżda fil-verita` dan mhux biżżejjed biex jilqa’  għall-eventwalita` ta’ vjolenza u attakki terroristiċi.

 

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment