Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka – qalu wara s-summit ta’ Bratislava li ma jaqblux mal-politika tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-immigrazzjoni. Il-PM Orban tal-Ungerija qal li s-Summit ta’ Bratislava ma indirizzax il-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan minkejja li kemm hu u kemm il-Prim Ministru Pollakka Beata Szydlo kienu ġew imwissija minn Donald Tusk biex f’ġieħ l-integrita` tal-UE ma jkomplux jattakkaw lil Brussell.
Il-pajjiżi tal-Visegrad tkellmu dwar it-tisħiħ tal-parlamenti nazzjonali tal-UE biex il-pajjiżi tal-Unjoni jkunu jistgħu jilleġiżlaw u jieħdu azzjoni aħjar. Huma jaħsbu li jeħtieġ li kull pajjiż iħossu komdu fl-UE. Għalhekk dawn il-pajjiżi qed jinsistu li l-integrazzjoni Ewropea hija proġett komuni u għalhekk in-negozjati kollha jridu jinvolvu u jkunu miftuħa għall-pajjiżi membri kollha.
Il-pajjiżi tal-Visegrad qablu mal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża u mal-Politika ta’ Difiża u Sigurta` Komuni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru għandu jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Huma saħqu li l-UE għandha tikkomunika aħjar biex twassal liema huma l-benefiċċji tas-suq komuni u l-potenzjal li jġib miegħu l-moviment ħieles tal-ħaddiema. Huma jemmnu li s-suq komuni huwa ta’ benefiċċju għal kull pajjiż tal-UE. Huwa importanti li l-pubbliku jkun infurmat dwar ir-riżultati pożittivi tas-suq intern u fl-istess waqt isir infurzar tar-regoli tiegħu biex jitneħħa kull forma ta’ protezzjoniżmu.
TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA
Read More
TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI
Read More
L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI
Read More
ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017
Read More
BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI
Read More
BARROSO INVESTIGAT
Read More
FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA
Read More
L-OKTOBERFEST MAGĦNA
Read More
Post a comment