Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet b’510 voti favur, 160 kontra u 29 astensjoni wara li l-Kummissjoni Ewropea qablet li tiftaħ inkjesta dwar ir-riformi fil-Qorti Kostituzzjonali Pollakka. Il-Polonja ntalbet twettaq, fi żmien tliet xhur, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u ssib kompromess bejn il-partiti tal-parlament. Ir-riżoluzzjoni tfakkar lill-Polonja li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri li l-poplu Pollakk kien approva fir-referendum tal-2003 u “topera fuq il-fidi reċiproka li l-istati membri jikkonformaw mad-demokrazija, mar-rispett tal-liġijiet u tad-drittijiet fundamentali.”

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu dwar l-iżviluppi ġodda dwar l-imparzjalita` fil-qasam tax-xandir, id-dritt tal-liberta` tal-espressjoni, id-dritt tal-privatezza, id-dritt ta’ smigħ ġust waqt kawża l-qorti, l-imparzjalita` politika fl-amministrazzjoni tal-pajjiż u drittijiet fundamentali oħra li jinkludu d-drittijiet tan-nisa.

L-MPE Malti Alfred Sant, li vvota favur din ir-riżoluzzjoni, esprima r-riservi tiegħu dwarha. Sant qal li mhux konvint li meta l-Parlament Ewropew jiċċensura stati membri, ikun qed juża l-istess metodi. “F’bosta sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet nazzjonali, il-konflitti  partiġġjani ta’ formazzjonijiet politiċi jistgħu jkunu influwenzati minn strateġiji moħbija. L-analiżi ta’ dan il-Parlament tista’ tkun erratika u kumplessa għax id-deliberazzjonijiet huma influwenzati minn manipulazzjonijiet u kalkoli politiċi estranji għas-sitwazzjoni politika nazzjonali li nippruvaw naslu għal ġudizzju dwarhom. Fil-każ tal-Polonja – għalkemm ideoloġikament ma naqbilx mat-twemmin u l-metodi tal-gvern preżenti, niddubita kemm qed nagħtu piż l-atti anti-demokratiċi tal-gvern preċedenti li wasslu għar-reazzjonijiet sproporzjonati tal-gvern preżenti.”

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment