Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` Manuel Barroso. Barroso daħal fil-mira tal-kritika hekk kif aċċetta kariga għolja fil-Bank Amerikan Goldman Sachs. Barroso se jkun qed jagħti l-pariri lil dan il-Bank Amerikan li se jkollu rwol importanti waqt in-negozjati tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-KE se titlob dikjarazzjoni ta’ integrita` u diskrezzjoni mingħand Barroso. Juncker wissa li fil-Kummissjoni Barroso mhux se jintlaqa’ bħala ex-President tal-Kummissjoni, iżda se jintlaqa’ bħal ħaddieħor. Il-laqgħat miegħu se jitniżżlu fir-reġistru għat-trasparenza tal-Kummissjoni.

“It-tħassib dwar l-integrita` tiegħi huwa bla bażi u qed jiddiskrimina kontra tiegħi u Goldman Sachs. Din il-kwistjoni tqanqlet biss għall-fatt li sirt konsulent ta’ Goldman Sachs.” qal Barroso.

Taħt il-kodiċi ta’ etika tal-Kummissjoni, l-ex-Kummissarji huma mitluba jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li beħsiebhom jagħmlu sa 18-il xahar wara li jitilqu l-istituzzjoni. il-Kummissjoni se toqgħod fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Etika. Il-Kumitat tal-Etika se jibbaża l-investigazzjonijiet fuq artiklu 245 li jitkellem dwar l-obbligi tal-ex-Kummissarji dwar l-integrita` u d-diskrezzjoni.

Il-Kummissjoni talbet lil Barroso kopja tal-kuntratt tax- xogħol tiegħu biex teżaminah u tara li x-xogħol il-ġdid tal-ex-President tal-Kummissjoni huwa kompatibbli ma’ artiklu 245. F’kas ta’ nuqqasijiet, Barroso jkun f’riskju li jitlef id-dritt għal pensjoni tal-UE.

Ħafna  huma tal-fehma li Goldman Sachs għandu responsabbilta` kbira għall-kriżi finanzjarja tal-2008.  Dan nissel rabja fost bosta impjegati tal-istituzzjonijiet Ewropej.

L-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, li laqgħet tajjeb l-inizjattiva ta’ Juncker, ilha x-xhur issejjaħ biex isiru emendi fil-kodiċi tal-etika tal-Kummissjoni.

 

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment