Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% tal-paga medja tal-pajjiż biex il-livell ta’ għixien ikompli jitla’ ’l fuq. Din ir-rakkomandazzjoni, li għaddiet b’458 vot favur, 199 kontra u 34 astenzjoni, ma torbotx lill-istati membri.

Il-vot sar bit-tama li fl-UE min iħaddem ma jkunx jista’ jibqa’ jħallas bil-prekarjat. B’hekk jitnaqqsu l-illegalitajiet u l-prattiċi ħżiena.

Ir-riżoluzzjoni teħtieġ azzjoni fi tliet oqsma – tisħiħ u moniteraġġ mill-istati membri u koordinament bejniethom; ħidma biex jitjiebu r-regoli biex ikun żgurat li l-liġijiet soċjali relatati mal-impjiegi jkunu rrispettati fuq bażi nazzjonali u fuq bażi Ewropea; il-promozzjoni tal-konverġenza soċjali. Il-Parlament Ewropew jixtieq imur lil hinn minn hekk. L-aktar oqsma li fih isiru abbużi fil-pagi tal-ħaddiema huma fl-oqsma tal-kostruzzjoni u t-trasport. Għalhekk il-PE jixtieq iniedi aġenzija Ewropea tat-trasport. Jixtieq ukoll joħloq lista ta’ kumpaniji li ma jimxux mar-regoli biex ma jkunx jistħoqqilhom jieħdu kuntratti.

 

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment