F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha tkun imnebbħa mill-ġustizzja soċjali reali u mhux mis-swieq ekonomiċi. Dan għandu jsir permezz tat-tisħiħ tal-istrutturi eżistenti u tal-politika tal-UE.  Għalkemm bħalissa l-konsolidament huwa importanti, dan huwa proġett kumpless u diffiċli.

Dr Sant qal li analiżi tajba tal-Unjoni Ewropea llum teħtieġ skrutinju tajjeb ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena. “L-inkwiet preżenti ma jistax jiġi attribwit biss għall-kriżi tal-2008 li minnha l-UE għadha ma rkupratx. L-għeruq tal-inkwiet imorru lura għall-effetti li ħolqot il-politika tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-UE fis-snin 90.”

Dr Sant qal li l-viżjoni ta’ dawk iż-żminijiet sfortunatament kienet immexxija mis-‘soft power’ li għandha l-Unjoni u li ħafna drabi ma kienx użat sew. Issa, l-UE tinsab żbilanċjata kemm politikament, ekonomikament, territorjalment u anki soċjalment.

“Mhux ta’ b’xejn li l-Kunsill sar in-nifs tal-Unjoni, anki jekk ħafna drabi l-affarijiet fih jibqgħu staġnati.”

Alfred Sant saħaq li t-triq ’il quddiem ma għandhiex tkun dik ta’ aktar proġetti favur bidla istituzzjonali b’metodi tradizzjonali, biex imbagħad bihom ikunu ġustifikati l-bidliet il-kbar.

 

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment