Il-proġett Ewropew għandu jiffoka fuq il-mudell soċjali tiegħu, imma qabelxejn għandu jindirizza d-diskrepanzi u l-kontradizzjonijiet li nħolqu bit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar għoxrin sena. Dan qalu Alfred Sant waqt li indirizza konferenza dwar il-Pilastri tad-Drittijiet Soċjali tal-UE organizzata mill-UHM.
“Mixja lejn aktar proġetti u integrazzjoni għal għaqda ekonomika u monetarja, kif ħafna qed jissuġġerixxu, mingħajr ebda każ tad-diviżjoni soċjali li għadha qed tikber, se tkun kontroproduttiva. Aġir bħal dan ikompli jżid id-diskrepanzi bejn il-fatti soċjali fil-ħajja ta’ kuljum fl-Ewropa, u l-linji gwida kif miktuba fid-dokument dwar il-pilastru soċjali ffirmat fl-Isvezja – anki jekk id-dokument sempliċiment jirriċikla kliem l-‘acquis’ soċjali tal-UE. Id-diskrepanzi joħorġu aktar ovvji f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq id-drittijiet soċjali.”
Alfred Sant qal li d-diverġenzi bejn in-Nord u s-Sud, il-Punent u l-Lvant tal-Ewropa, iridu jiġu kkontrollati permezz ta’ programm politiku li ma jserraħx biss fuq il-mekkaniżmi tas-suq ħieles. L-istess jgħodd għad-diverġenzi soċjali fi ħdan l-istati membri, bejn popli li jgawdu l-benefiċċji ta’ impjieg imħallas tajjeb, u dawk li jaħdmu għal ħafna anqas paga u/jew ikollhom jaċċettaw kondizzjonijiet ta’ prekarjat.
L-EWWEL JIĠBRU L-FATTI, IMBAGĦAD JIKKONKLUDU
Read MoreL-ISTESS ŻARBUN MA JIĠIX SEW LILL-BANEK IŻ-ŻGĦAR
Read MoreJITLEF IL-PAĊENZJA DWAR FRODI TAT-TAXXA
Read MoreĠUDIZZJU DWAR IŻ-ŻONA EWRO
Read MoreL-EWROPA TRID TINDIRIZZA D-DISKREPANZI FI ĦDANHA
Read MoreSPANJA FAVUR ĦABS GĦALL-POLITIĊI KATALANI
Read MoreJARA LIL MOSKA FIL-POLONJA
Read MoreXEJN ĠDID DWAR IL-LVANT TAL-EWROPA
Read More
Post a comment