Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-baġits tat-tmintax-il pajjiż taż-żona ewro, bl-eċċezzjoni tal-Greċja.

Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-baġit ta’ Franza li ilha mill-2009 bi proċeduri minħabba defiċit eċċessiv u li kellu jkun taħt kontroll sal-2018.

Rigward Spanja, minkejja l-kriżi Katalana, Spanja tidher li miexja tajjeb u qed iżżomm mal-obbligi tagħha. Bħal Franza, Spanja mistennija toħroġ mill-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv fl-2018.

Skont il-Kummissjoni, sitt stati membri – Ġermanja, Litwanja, Latvja, Lussemburgu, Finlandja u Olanda – ippreżentaw baġit konformi mar-regoli baġitarji Ewropej. Ħames pajjiżi oħra – Malta, Estonja, Irlanda, Ċipru, Slovakkja – issottomettew baġits li jikkonformaw ħafna mar-regoli Ewropej.

Il-Kummissjoni qalet li l-baġits ta’ ħames pajjiżi oħra – Belġju, Italja, Awstrija, Portugall u Slovenja jippreżentaw ir-riskju li ma jikkonformawx mar-regoli Ewropej. Il-Belġju u l-Italja x’aktarx mhux se jirnexxielhom inaqqsu d-dejn tal-Gvern. B’mod partikolari d-dejn tal-Gvern Taljan qed iħasseb ħafna lill-Kummissjoni għax jippreżenta ħafna riskji bħal – nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku, nuqqas ta’ privatizzazzjoni u ħlasijiet arretrati tal-amministrazzjoni pubblika. Minħabba d-daqs tal-ekonomija Taljana, is-sitwazzjoni tħasseb liż-żona ewro kollha, qalet il-Kummissjoni li mistennija terġa’ tagħti ħarsa lejn il-baġit Taljan fir-Rebbiegħa tal-2018.

L-EWWEL JIĠBRU L-FATTI, IMBAGĦAD JIKKONKLUDU

Illum tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga s-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f’pajjiżna. Din iż-żjara qed issir fuq proposta tal-Gvern ...
Read More

L-ISTESS ŻARBUN MA JIĠIX SEW LILL-BANEK IŻ-ŻGĦAR

Alfred Sant qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-metodu ta’ one size fits all qed iħalli impatt negattiv fuq il-banek iż-żgħar u talabha tirrevedi ...
Read More

JITLEF IL-PAĊENZJA DWAR FRODI TAT-TAXXA

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni, Pierre Moscovici, ma jridx jitlef aktar ħin biex tissolva l-problema tal-frodi fit-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.  B’mod partikolari ...
Read More

ĠUDIZZJU DWAR IŻ-ŻONA EWRO  

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-baġits tat-tmintax-il pajjiż taż-żona ewro, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-baġit ta’ Franza ...
Read More

L-EWROPA TRID TINDIRIZZA D-DISKREPANZI FI ĦDANHA

Il-proġett Ewropew għandu jiffoka fuq il-mudell soċjali tiegħu, imma qabelxejn għandu jindirizza d-diskrepanzi u l-kontradizzjonijiet li nħolqu bit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

SPANJA FAVUR ĦABS GĦALL-POLITIĊI KATALANI

Il-Gvern Spanjol qal lil Donald Tusk u lil Jean-Claude Juncker li r-referendum Katalan ma rrispettax il-Kostituzzjoni Spanjola u għadda biss ...
Read More

JARA LIL MOSKA FIL-POLONJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk akkuża lil Gvern Pollakk li qed imexxi bi stil politiku li jfakkru fil-Kremlin. Tusk ...
Read More

XEJN ĠDID DWAR IL-LVANT TAL-EWROPA

Waqt is-summit fuq il-Partnership bejn il-pajjiżi tal-Lvant - Armenia, Azerbaijan, Belarus, Georgia, Moldova u Ukraina - u l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment