Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk akkuża lil Gvern Pollakk li qed imexxi bi stil politiku li jfakkru fil-Kremlin.

Tusk esprima t-tħassib tiegħu għat-tixbiħ bejn il-politika tal-lemin estrem tal-gvern Pollakk u l-politika Russa. Fost oħrajn semma l-iżolament tal-Polonja fi ħdan l-UE, in-nuqqas ta’ indipendenza fil-ġudikatura, l-għibien tal-liġi tad-dritt u l-attakki kontra l-għaqdiet mhux governattivi u l-midja ħielsa. Dan kollu huwa “wisq simili” ta’ dak li jsir fir-Russja “biex norqdu komdi” qal Tusk.

Il-Prim Ministru Pollakka Beata Szydlo irribattiet li Tusk “ma għamel xejn għal Polonja” fir-rwol tiegħu ta’ President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Szydlo akkużat lil Tusk li qed juża l-pożizzjoni tiegħu biex jattakka l-Gvern Pollakk. “Qed jattakka lil Polonja” qalet Szydlo.

Tusk huwa ex-Prim Ministru liberali Pollakk u tlaqqam bħala ‘għadu’ mill-Gvern Konservattiv attwali Pollakk. Din is-sena l-Polonja vvotat kontra t-tiġdid tal-mandat tiegħu bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-EWWEL JIĠBRU L-FATTI, IMBAGĦAD JIKKONKLUDU

Illum tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga s-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f’pajjiżna. Din iż-żjara qed issir fuq proposta tal-Gvern ...
Read More

L-ISTESS ŻARBUN MA JIĠIX SEW LILL-BANEK IŻ-ŻGĦAR

Alfred Sant qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-metodu ta’ one size fits all qed iħalli impatt negattiv fuq il-banek iż-żgħar u talabha tirrevedi ...
Read More

JITLEF IL-PAĊENZJA DWAR FRODI TAT-TAXXA

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni, Pierre Moscovici, ma jridx jitlef aktar ħin biex tissolva l-problema tal-frodi fit-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.  B’mod partikolari ...
Read More

ĠUDIZZJU DWAR IŻ-ŻONA EWRO  

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-baġits tat-tmintax-il pajjiż taż-żona ewro, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-baġit ta’ Franza ...
Read More

L-EWROPA TRID TINDIRIZZA D-DISKREPANZI FI ĦDANHA

Il-proġett Ewropew għandu jiffoka fuq il-mudell soċjali tiegħu, imma qabelxejn għandu jindirizza d-diskrepanzi u l-kontradizzjonijiet li nħolqu bit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

SPANJA FAVUR ĦABS GĦALL-POLITIĊI KATALANI

Il-Gvern Spanjol qal lil Donald Tusk u lil Jean-Claude Juncker li r-referendum Katalan ma rrispettax il-Kostituzzjoni Spanjola u għadda biss ...
Read More

JARA LIL MOSKA FIL-POLONJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk akkuża lil Gvern Pollakk li qed imexxi bi stil politiku li jfakkru fil-Kremlin. Tusk ...
Read More

XEJN ĠDID DWAR IL-LVANT TAL-EWROPA

Waqt is-summit fuq il-Partnership bejn il-pajjiżi tal-Lvant - Armenia, Azerbaijan, Belarus, Georgia, Moldova u Ukraina - u l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment