Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu t-taxxi lejn xulxin, qal Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew f’messaġġ għas-sena l-ġdida mill-Parlament Ewropew. Dr Sant qal li jinsab fiduċjuż li dawn iż-żewġ sfidi jistgħu jintlaqgħu u jinħallu b’sens komun u rieda tajba.
Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, Malta kellha r-responsabbiltà li tmexxi u torganizza l-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod li isem Malta kien ħa l-lostru minħabba kif mexxejna l-presidenza, l-istess isem ġie mtappan sew bil-kampanji li saru kontrih. L-iskandlu tal-karti tal-Panama ddawwar bil-qawwi fuq Malta, fost oħrajn.
Tnejn kienu l-miri ta’ dil-ħaġa. L-ewwel, hemm inkwiet fost ħafna Ewropej li ta’ spiss is-servizzi finanzjarji li Malta toffri, qed iservu biex iħaffu l-ħasil tal-flus minn pajjiżna – ħaġa li l-awtoritajiet Maltin dejjem jiċħdu. U t-tieni, l-furur li qam għen il-kawża ta’ min fost il-pajjiżi Ewropej, speċjalment il-kbar, qed jisħaq fuq il-ħtieġa li t-taxxi fil-pajjiżi tal-Ewropa jqarrbu lejn xulxin, jew kif jintqal, jiġu armonizzati. Jekk tgħaddi tagħhom, Malta u pajjiżi oħra jkollhom jagħmlu taxxi bħal ta’ Franza u tal-Ġermanja, u dan iwaddabna lura.”
Dr Sant qal li l-organizzazzjonijiet li jħarsu lis-servizzi finanzjarji mill-abbuż iridu jkunu msaħħa biex inaddfuhom minn kull abbuż. L-aqwa ħarsien għas-servizzi finanzjarji jingħata minn trasparenza sħiħa. Irridu nkomplu nistinkaw kontra inizjattivi Ewropej maħsuba biex it-taxxi fl-Unjoni Ewropea jitqarrbu lejn xulxin.
F’dal-qasam bħal f’oħrajn, l-istess żarbun ma jistax jiġi lil kulħadd bl-istess mod. Huwa dan il-messaġġ li jrid jibqa’ jidwi fl-istituzzjonijiet Ewropej matul is-sena d-dieħla.
Segwi l-messaġġ ta’ Alfred Sant f’din il-link:
FIDUĊJA FIS-SENA 2018
Read MoreIL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA
Read MoreNIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA
Read MoreTENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL
Read MoreL-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA
Read MoreL-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA
Read MoreL-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT
Read MoreSKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`
Read More
Post a comment