Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ tikkombatti l-mewġa li hemm fl-Ewropa kontra s-servizzi finanzjarji fi stati żgħar bħal tagħna. Dan qalu Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta li saħaq li l-Ewroparlamentari Laburisti se jibqgħu jitkellmu favur il-flessibilita` għal stati żgħar bħal Malta u jisħqu li l-politika ta’ one-size-fits-all mhix fl-interess ta’ pajjiżna.

Dr Sant qal li tul 2017 Malta ħarġet bl-unuri bil-Presidenza tal-UE fl-ewwel nofs ta’ dis-sena u ħalliet impatt pożittiv fl-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Malti qed jiddistingwi ruħu fost il-mexxejja tal-aktar stati b’saħħithom fl-Ewropa, il-gvern Malti qed jiżgura li pajjiżna jimxi ’l quddiem daqs u aktar minn stati membri oħra fl-UE bil-ħolqien tal-impjiegi u bit-twettiq tal-politika soċjali f’pajjiżna waqt li r-rappreżentanti tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew baqgħu viċin iċ-ċittadini u jwasslu l-vuċi u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Dr Sant qal li d-delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew darba wara l-oħra qiegħda timmina l-interessi nazzjonali.

“L-Ewroparlamentari tal-PN issa qablu li l-Gvern Malti jitilef is-sovranita` fuq it-tassazzjoni. Il-gvernijiet kollha Maltin, inkluż dak ta’ Gonzi, qatt ma ċedew is-sovranita` fuq it-tassazzjoni. Iżda dawn jaħsbuha mod ieħor.” qal Alfred Sant.

FIDUĊJA FIS-SENA 2018

Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu ...
Read More

IL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fuq l-iskemi ta’ taxxa Olandiżi fil-konfront tal-kumpanija Svediża tal-għamara IKEA u sussidjarji tagħha bejn l-2006 u ...
Read More

NIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA

Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ ...
Read More

TENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL

Il-Kummissjoni Ewropea se tibda l-proċess biex tneħħi d-dritt tal-vot lil Polonja wara li sentejn ta’ djalogu ma wasslu għal ebda ...
Read More

L-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA

L-aktar partit b’appoġġ popolari fl-Italja huwa l-Moviment 5 Stelle bi 29% tal-voti. Dan il-partit huwa ewroxettiku u jekk jingħata l-poter ...
Read More

L-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Franza, Ġermanja, Renju Unit u Spanja flimkien kitbu lis-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin biex jesprimu t-tħassib ...
Read More

L-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT

Ftehim dwar il-kummerċ huwa aktar importanti  għar-Renju Unit milli għall-istati membri l-oħra. Iż-żoni tal-UE li l-aktar se jintlaqtu ħażin bil-Brexit ...
Read More

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Kunsill tal-Unjoni Ewropea jawtorizza negozjati biex jintlaħaq ftehim bejn l-UE u l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment