Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni tal-azzar u l-aluminju, u maċ-Ċina biex tinnegozja ftehim aħjar għall-kumpaniji Ewropej li jixtiequ jinvestu f’dan il-pajjiż.

“Qed ikollna diskussjonijiet tajbin ħafna. Is-sitwazzjoni hija aktar kalma issa milli kienet ġimagħtejn ilu”. qal il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Jyrki Katainen, waqt li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jinsabu f’xifer tilwima kummerċjali.

Il-Kummissjoni Ewropea għadha ma tafx hux se jirnexxielha teżenta l-UE mit-tariffi tal-Istati Uniti b’mod permanenti. S’issa l-eżenjoni hija temporanja. Il-President Amerikan issettja d-data tal-1 ta’ Mejju biex jintlaħaq ftehim dwar it-tariffi mal-UE.

Id-diskussjonijiet tal-KE ma’ Beijing biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-kumpaniji Ewropej fis-suq tagħha staġnaw. Kemm Brussell kif ukoll Washington jgħidu li l-iżbilanċ kummerċjali li għandhom maċ-Ċina nħoloq mill-ostakli li kumpaniji jaffaċċjaw fuq territorju Ċiniż.

Il-kumpaniji Ewropej jilmentaw il-ħin kollu li sejjer għall-agħar l-ambjent tan-negozju fiċ-Ċina.

“Il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat mhux ġust għax l-Ewropa hija kompletament miftuħa għan-negozju iżda ċ-Ċina mhix.” qal Katainen.

Il-Kummenti ta’ Katainen saru wara li l-President Ċiniż Xi Jinping wiegħed li jiftaħ l-ekonomija ta’ pajjiżu għall-investiment barrani u jnaqqas it-tariffi fuq l-importazzjoni. Xi Jinping qal li ċ-Ċina se tnaqqas sewwa t-tariffi fuq l-importazzjoni tal-karozzi u prodotti oħra. Sena ilu Xi Jinping kien għamel l-istess wegħda. Jidher iżda li issa ċ-Ċina tixtieq tnaqqas it-tensjoni kummerċjali mal-UE u tevita gwerra kummerċjali mal-Istati Uniti.

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi ...
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN

Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija ...
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017

Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis ...
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA

Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 ...
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA

Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni ...
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI

Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani ...
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA

Ġimgħa wara li nbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-ewwel power station nukleari fit-Turkija, mibnija mir-Russi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet Torok ...
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN

Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment