Is-sajd rikreattiv jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea b’sejħiet biex jiġi regolarizzat minħabba l-impatt tiegħu fuq il-ħut. Dan wara li l-Parlament Ewropew approva rapport dwar dan id-delizzju ta’ bosta ċittadini fil-pajjiżi kostali tal-Unjoni Ewropea. Issa l-Parlament Ewropew qed iħeġġeġ biex ikun kontrollat u regolarizzat is-sajd rikreattiv.
Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant astjena fuq dan il-vot għaliex qal li ma hemmx definizzjoni ċara u li kulħadd jaqbel dwarha fuq is-sajd rikreattiv f’livell Ewropew. Dan jissemma f’diversi referenzi li hemm fl-istess rapport.
“Huwa riskjuż li wieħed jiddiskuti u jagħti r-rakkomandazzjonijiet dwar suġġett mingħajr definizzjoni ċara. Il-kalkoli attwali jindikaw stima ta’ bejn 8.7 u 9 miljun sajjied rikreattiv fl-UE, li jirrappreżentaw 1.6% tal-popolazzjoni Ewropea.
Nirrikonoxxi l-ħtieġa li nipproteġu speċi li qegħdin fil-periklu u li jkunu kkontrollati prattiċi tas-sajd li huma ta’ dannu. Madanakollu jekk jiġi deċiż li l-kontroll fuq is-sajd rikreattiv fl-UE huwa neċessarju, huwa importanti li wieħed jikkonsidra b’mod xieraq il-karatteristiċi soċjo-ekonomiċi tas-settur tas-sajd rikreattiv.” qal Dr Sant.
Ir-rapport ġie approvat b’601 voti favur, 43 kontra u 27 astensjoni.
IL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA : ‘EWROPA LI TIPPROTEĠI’
Read More
DIL-ĠIMGĦA S-SUMMIT EWROPEW
Read More
MOBBILTA` MILITARI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE
Read More
AKTAR DROGI FL-EWROPA
Read More
GĦAJNUNA MILL-UE MINĦABBA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TA’ MALTA
Read More
L-EWRO INDISPENSABBLI GĦAS-SUQ UNIKU
Read More
IS-SAJD RIKREATTIV TAĦT IL-LENTI EWROPEA
Read More
JASLU AKTAR IMMIGRANTI FIL-BALKANI
Read More
Post a comment