Is-sigurta` u l-immigrazzjoni, il-kompetittivita` ekonomika u l-istabbilita` fil-Balkani huma tliet prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE li tibda fl-1 ta’ Lulju.

Dan ħabbru Nikolaus Marschik, l-Ambaxxatur Awstrijak għall-UE.

“Nemmnu u se naħdmu għal ‘Ewropa li tipproteġi’. Irridu nibnu dar b’saħħitha li tilqa’ għall-isfidi komuni, mill-immigrazzjoni għaż-żona ewro”, qal Marschik.

Dwar l-immigrazzjoni, l-Ambaxxatur qal li hemm kunsens bejn l-istati membri li l-għassa fuq il-fruntieri Ewropej u fuq il-fruntieri tal-baħar għandha tkun organizzata aħjar. Ħidma mal-pajjiżi tal-oriġini tal-immigranti se tkun intensifikata biex ikunu megħjuna biss dawk li jeħtieġu ażil u jkunu skoraġġati dawk li jipperikolaw ħajjithom biex jaqsmu lejn l-Ewropa.

Vjenna diġa` ppjanat laqgħa tal-Kapijiet tal-UE dwar l-immigrazzjoni f’Salzburg fl-20 ta’ Settembru.

Dwar is-sigurta` ekonomika u l-kompetittivita` l-Awstrija se tirrakkomanda politika ta’ appoġġ dwar trasformazzjoni diġitali, sorsi ta’ tkabbir u impjiegi ġodda u l-ħarsien tal-privatezza f’dan il-qasam. L-Awstrija hija favur li jkunu ntaxxati kumpaniji diġitali fl-Ewropa.

L-Awstrija tgħid li r-reġjun tal-pajjiżi ġirien tal-Balkani huwa tal-Ewropa u fil-kriżi tal-immigrazzjoni tal-2015 ir-reġjun kien ‘sieħeb ta’ min jistrieħ fuqu’.

Marschik identifika tliet punti dwar in-negozjati tal-Budget ġdid Ewropew wara 2020: id-daqs tal-Budget, l-istruttura u d-dati meta jsiru n-negozjati.

Sebastian Kurz, Kanċillier Awstrijak se jindirizza l-Parlament Ewropew fis-sessjoni Plenarja ta’ Lulju.

IL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA : ‘EWROPA LI TIPPROTEĠI’

Is-sigurta` u l-immigrazzjoni, il-kompetittivita` ekonomika u l-istabbilita` fil-Balkani huma tliet prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE li tibda fl-1 ta’ Lulju ...
Read More

DIL-ĠIMGĦA S-SUMMIT EWROPEW

Il-kapijiet tal-istati tal-UE fis-summit Ewropew ta’ dan ix-xahar fi Brussell se jiddiskutu l-kwistjonijiet l-aktar urġenti. Fost oħrajn is-summit ta’ din ...
Read More

MOBBILTA` MILITARI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

L-istati membri tal-UE ġew mistiedna jieħdu l-miżuri fuq livell nazzjonali biex itejbu l-effettivita` tal-mobbilta` militari fi ħdan l-UE. Dawn il-miżuri ...
Read More

AKTAR DROGI FL-EWROPA

Aktar drogi illeċiti qed ikunu mmanifatturati fl-Ewropa u aktar drogi qed ikunu importati minn sorsi tradizzjonali bħal Amerika Latina, il-Punent ...
Read More

GĦAJNUNA MILL-UE MINĦABBA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TA’ MALTA

Malta jixirqilha għajnuna finanzjarja ġdida mill-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-periferija tal-Ewropa biex tagħmel tajjeb għal telf ta’ fondi li ...
Read More

L-EWRO INDISPENSABBLI GĦAS-SUQ UNIKU

Il-Ministru tal-Affarijiet tal-UE tal-Gvern ġdid Taljan Paolo Savona qal li l-ewro hija “indispensabbli għas-suq uniku” u qal li l-Ewro għandha ...
Read More

IS-SAJD RIKREATTIV TAĦT IL-LENTI EWROPEA

Is-sajd rikreattiv jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea b’sejħiet biex jiġi regolarizzat minħabba l-impatt tiegħu fuq il-ħut. Dan wara li l-Parlament ...
Read More

JASLU AKTAR IMMIGRANTI FIL-BALKANI

Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-punent  tal-Balkani għadha mhix fi stadju allarmanti, iżda l-wasliet żdiedu, speċjalment mir-rotta tal-Albanija, Bosnja-Herzegovina, Montenegro u Serbja, qal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment