Malta jixirqilha għajnuna finanzjarja ġdida mill-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-periferija tal-Ewropa biex tagħmel tajjeb għal telf ta’ fondi li jista’ jkun hemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni fil-Budget il-ġdid tal-UE bejn 2020-2027.  Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament f’laqgħa pubblika fiż-Żejtun dwar is-sehem ta’ Malta mill-Budget tal-UE bejn 2020-2027.

Bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jonqos il-kontribut ta’ dan il-pajjiż għall-Budget Ewropew u l-KE qed tipproponi li jonqos il-Budget fuq l-Agrikoltura u l-Fondi għal proġetti ġodda.

“Il-problemi tal-immigrazzjoni mil-Lvant u mill-Afrika ta’ Fuq se jżidu l-piż biex l-UE tħares il-fruntieri tagħha. Dan apparti l-fatt li l-UE trid tiddetermina kif tiddefendi l-fruntieri tal-baħar bejn l-Afrika u l-kontinent.  L-UE trid toħloq investimenti ġodda fil-pajjiżi Afrikani. L-UE trid iżżid l-infieq fuq id-difiża u s-sigurta` għax l-Ewropa fehmet li ma tistax tistrieħ aktar fuq l-Istati Uniti. Il-ħatra ta’ Trump żiedet l-inċertezza tal-UE fuq l-Istati Uniti li qed jagħmilha ċara li l-Ewropa għandha toħroġ sehemha għad-difiża u ma tistrieħx biss fuq in-NATO.”

Dr Sant qal li l-UE qed tikkonsidra taxxi ġodda fuq bażi Ewropea.

“Issa qed tissemma t-taxxi fuq il-plastik, taxxi fuq is-servizzi finanzjarji, taxxi komuni fuq l-ekonomiji tal-istati membri kollha tal-UE.”

Il-kontribut ta’ Malta għall-Budget Ewropew żdied sew minħabba l-espansjoni ekonomika tremenda tal-aħħar snin u ibbenefikat l-aktar mill-Fondi tal-Koeżjoni fi proġetti ta’ toroq, enerġija, edukazzjoni, industrija.

IL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA : ‘EWROPA LI TIPPROTEĠI’

Is-sigurta` u l-immigrazzjoni, il-kompetittivita` ekonomika u l-istabbilita` fil-Balkani huma tliet prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE li tibda fl-1 ta’ Lulju ...
Read More

DIL-ĠIMGĦA S-SUMMIT EWROPEW

Il-kapijiet tal-istati tal-UE fis-summit Ewropew ta’ dan ix-xahar fi Brussell se jiddiskutu l-kwistjonijiet l-aktar urġenti. Fost oħrajn is-summit ta’ din ...
Read More

MOBBILTA` MILITARI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

L-istati membri tal-UE ġew mistiedna jieħdu l-miżuri fuq livell nazzjonali biex itejbu l-effettivita` tal-mobbilta` militari fi ħdan l-UE. Dawn il-miżuri ...
Read More

AKTAR DROGI FL-EWROPA

Aktar drogi illeċiti qed ikunu mmanifatturati fl-Ewropa u aktar drogi qed ikunu importati minn sorsi tradizzjonali bħal Amerika Latina, il-Punent ...
Read More

GĦAJNUNA MILL-UE MINĦABBA L-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TA’ MALTA

Malta jixirqilha għajnuna finanzjarja ġdida mill-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-periferija tal-Ewropa biex tagħmel tajjeb għal telf ta’ fondi li ...
Read More

L-EWRO INDISPENSABBLI GĦAS-SUQ UNIKU

Il-Ministru tal-Affarijiet tal-UE tal-Gvern ġdid Taljan Paolo Savona qal li l-ewro hija “indispensabbli għas-suq uniku” u qal li l-Ewro għandha ...
Read More

IS-SAJD RIKREATTIV TAĦT IL-LENTI EWROPEA

Is-sajd rikreattiv jinsab taħt il-lenti tal-Unjoni Ewropea b’sejħiet biex jiġi regolarizzat minħabba l-impatt tiegħu fuq il-ħut. Dan wara li l-Parlament ...
Read More

JASLU AKTAR IMMIGRANTI FIL-BALKANI

Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-punent  tal-Balkani għadha mhix fi stadju allarmanti, iżda l-wasliet żdiedu, speċjalment mir-rotta tal-Albanija, Bosnja-Herzegovina, Montenegro u Serbja, qal ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment