Il-Ġermanja trid id-destin tagħha f’idejha. Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li tappoġġja l-idea tal-Kunsill tas-sigurta` Ewropew u l-proġett ta’ truppi Ewropej, idea li għandha wkoll il-qbil ta’ Franza. Merkel kienet qed tikkummenta dwar ir-relazzjonijiet diffiċli mal-Istati Uniti.
“Dan ifisser li rridu nserrħu aktar fuq l-Ewropa, jiġifieri l-Ġermanja trid tieħu aktar responsabilita` rigward id-difiża Ewropea,” qalet Merkel.
Il-Kanċilliera saħqet dwar il-ħtieġa li l-UE titkellem b’vuċi waħda. Qalet li r-regola tal-unanimita` għandha tapplika għal qasam tad-difiża u s-sigurta` imma mhux għad-deċiżjonijiet fl-oqsma kollha.
Merkel tkellmet dwar l-importanza ta’ sentiment komuni Ewropew.
“Aħna wiritna dan is-senitment mingħand dawk li ġew qabilna, li kollha daqu l-gwerra. Aħna li m’għaddejniex mill-gwerra, għandna d-dover li nagħmlu mill-Ewropa pilastru b’saħħtu fid-dinja, biex niżguraw il-prosperita`, il-paċi u l-liberta`.” qalet Merkel.
MANIFEST KONTRA L-IMMIGRAZZJONI
Read More
KRIŻI ISTITUZZJONALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
IL-ĠERMANJA TRID ID-DESTIN TAGĦHA F’IDEJHA
Read More
ŻWIĠIJIET FOLOZ BIEX JGĦIXU FL-UE
Read More
L-UNGERIJA MA TITMAX LILL-IMMIGRANTI
Read More
L-IRAN GĦADU JISTENNA RISPOSTA MINGĦAND L-UE
Read More
MIBGĦUTA LURA L-MAROKK
Read More
L-UE EQREB LEJN L-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More
Post a comment