Resqu lejn ix-xifer tal-irdum imma fl-ahhar waqt ingibdu lura. Il-grupp tal-ewro, maghmul mill-ministri tal-finanzi li jmexxu z-zona tal-ewro, taw dak li jista’ jissejjah ultimatum lill-gvern Grieg tas-Siriza.

Biex il-Grecja tircievi l-fondi li se jippermettulha zzomm fil-wicc ghal ftit gimghat ohra sakemm tinnegozja mghhom ftehim iehor ta’ ghajnuna, differenti minn dak li thaddem sa issa, kellha sa nhar it-Tnejn 23 ta’ Frar 2015 biex tibaghtilhom ittra. Fiha l-gvern kellu jaghti dettalji ta’ kif se jkun qed imexxi, billi juri r-riformi li se jdahhal u kif se jzomm fil-linja tal-kundizzjonijiet li l-gvernijiet ta’ qablu kienu accettaw ghas salvatagg finanzjarju tal-Grecja.

Jekk it-twegiba ma tinstabx sodisfacenti, il-fondi mehtiega ma kinux se jinhagu. Qamet spekulazzjoni kbira dawr x’kien se jigri peres li l-pozizzjoni li ha l-gvern tas-Siriza u dik li ha l-ewrogrupp kienu mbieghda sew. Tal-ewwel rief ivara mizuri socjali u ekonomici li jreggghu lura l-bidliet li kienu ddahhlu fil-pajjiz bil-ftehim ta’ salvatagg finanzjajru li ilu ghaddej mal-Grecja. Mentri l-Ewropew riedu li l-ftehimiet li kienu diga’ saru maghhom jigu rispettati.

It-twegiba ta’ Tsipras waslet tard it-Tnejn filghaxija. Tqieset bhala pass kbir lura mill-qaghda li kien sostna sa ftit qabel. Accetta li ma jreggax lura l-privatizzazzjoni ta’ entitajiet tal-gvern fejn dan kien diga’ telaq; u li jipposponi mizuri socjali ewlenin b’xi eccezzjonijiet ta’ kura tas-sahha b’xejn lin-niex qieghda u ghajnuniet ghas-saffi tal-poplu l-aktar fqar u batuti. Fost mizuri godda li se jiehdu biex ikabbar id-dhul finanzjaru tal-gvern tieghu, Tsirpas u l-ministru tal-finanzi Veroufakis ghamluha cara li se jaghtu importanza kbira lill-hidma kontra l-evazjoni tat-taxxa u l-korruzjoni.

Fuq din il-bazi, mhux minghar kontroversja interna fi hdan l-ewrogrupp sar qbil li jinhargu fondi bizzejjed biex il-gvern Grieg ikun jista’ jibqa’ jopera u fl-istess hin, jinnegozja mal-Ewropej kundizzjonijiet godda ghas-self li jezisti maghhom.

Tensjonijiet

Id-decizjoni qanqlet hafna tensjonijiet fil-Grecja u barra minnha. Fost uhud fuq ix-xellug tal-partit tas-Siriza qamu argumenti dwar li l-gvern kien ceda wisq. Zgur li hafna qablu li kien ceda hafna. Biss difficli tara kif seta’ jaghmel mode iehor ladarba kemm il-gvern il-gdid u kemm il-poplu Grieg fil-maggoranza tieghu baqghu jinsistu li l-Grecja ghandha tibqa’ membru taz-zona ewro.

Fost il-membri taz-zona ewro mhux kulhadd kien sodisfatt. Waqt li l-ministru tal-finanzi Schauble tkellem mill-anqas imqabbel ma’ kif fisser ruhu fil-jiem ta’ qabel, tkellmu kontra l-arrangament gdid deputati ewlenin tas-CDU u s-CSU, l-alleanza politika Germaniza li tappoggja lill-kancellier Merkel. Sahqu li l-kompromess mal-Grecja irid jigi diskuss u vvotat fil-Bundestag Germaniz.

Sadattant, mill-Fond Monetarju Internazzjonali, li hu wkoll silef biljuni ta’ewro lill-Grecja, qamu certi riservi. Mme Lagarde, id-direttrici tal-Fond baghtet ittra lill-ewrogrupp fejn indikat li mhiex daqstan sodisfatta bl-impenji li ta l-gvern Grieg dwar ir-riformi li behsiebu jwettaq; riedet tfisser li mhiijiex tqis li se jkunu bizzejjed.

Matul il-gimgha kien hemm tahlita kbira ta’ fehmiet dwar dak li zviluppa fix-xenarju bejn il-Grecja u z-zona ewro. L-istampa internazzjonali dehret unanima fil-fehma li l-gvern ta’ Tsirpas kellu jcedi hafna, mhux lanqas meta tqis x’kien stqarr il-Prim Ministru Grieg fl-ewwel diskors tieghu fil-Parlament. Dakinhar kien sahaq li se jkun qed jimplimenta l-weghdiet kollha li xandar matul il-kampaja elettorali. Madankollu l-popolarita’ ta’ Tsirpas fost ic-cittadini Griegi ghadha qawwija: donnhom lesti jistennew ftit iehor biex jaraw x’se jigri fl-erba’ xhur li gejjin. Talanqas jidhru kuntenti li fl-ahhar gvern Grieg mhux qed jgid sinjur si ghal kull ma jghidulu jaghmel minn Brussell u Frankfurt.

Korruzzjoni

Qed tikber fl-Ewropa l-mewga politika kontra l-evazjoni tat-taxxa u kontra l-korruzzjoni. Bdiet bl-iskandlu tal-Lux Leaks u l-istejjer li nkixfu dwar kif kumpaniji l-kbar kienu qed jifthu ufficcji fil-Lussemburgu biex imbaghad jinhafrulhom biljuni ta’ ewro f’taxxi. Wara baqghu johorgu stejjer ohra. L-ahhar skandlu din il-gimgha nqala’ fil-Belgju fejn eks ministru regjonali tal-ekonomija Serge Korla qed jigi mixli li ha sehem fit-tixhim ta’ politiku gholi fil-Kongo.

F’mohh hafna nies u anke hafna politixi l-evazjoni tat-taxxa u l-koruzzjoni qed jithalltu flimkien. Din il-gimgha fil-Parlament Ewropew inzammet l-ewwel laqgha – imsejha kostituttiva – tal-kummissjoni straordinarja li se tifli l-mezzi li bihom l-ezajoni tat-taxxa tigi mmuntata f’diversi pajjizi u kif tista’ tkun sorveljata u kontrollata.

Il-kummissjoni zviluppat b’mod stramb wara li skatta l-iskandlu tal-Lux Leaks. Fil-mira tal-kritika tpogga l-President attwali tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker li kien Prim Ministru tal-Lussemburgu meta l-kumpaniji l-kbar marru hemm ghall-wens mit-taxxi.

Il-gruppi parlamentari l-kbar fil-Parlament Ewropew ma xtaqux li Juncker ikollu jaffaccja skandlu daqshekk malajr wara li gie nominal bl-appogg taghhom. Ma ridux li ssir investigazzjoni parlamentari ta’ Juncker. Xtaqu li l-Parlament Ewropew jikkoncentra fuq kif fil-futur l-evazjoni tat-taxxa se tigi kontrollata.

Ghadd shih ta’ deputati ma qablux. Ghamlu petizzjoni li kisbet bizzejjed firem biex jipproponu li l-allegazzjonijiet kontra Juncker jigu investigati. Imma l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz talab il-parir tal-avukati tal-Parlament li qalu li l-petizzjoni kienet tfasslet hazin u ma setghetx titressaq ghall-vot.

Minflok, b’kompromess, giet imwaqqfa din il-Kummissjoni “straordinarja” li ghandha terminu ta’ sitt xhur biex tinvestiga kif qed issir l-evazjoni tat-taxxa fil-prattika u kif tista’ tigi miggielda. Issa naraw.

IT-TORCA – Il-Hadd 1 ta’ Marzu 2015

Facebook Comments

Post a comment