Bhala parti mill-arrangamenti kif tissahhah iz-Zona ewro, kien sar ftehim biex il-bagits tal-gvernijiet jigu mgharbla mill-Kummissjoni Ewropea u din tizgura li jkunu konformi mar-regoli li bihom id-deficits tal-gvern iridu jinzammu taht certu limitu u d-dejn nazzjonali jitrazzan. Gvernijiet li ma jlahhqux mar-regoli jkollhom jissottomettu ruhhom ghal pjan tat-tul sakemm jilhqu l-miri. Jekk ma jaghmlux dan, jitghabbew b’multi. Sa issa s-sistema hadmet b’mod li wiehed seta’ jsejjahlu sodisfacenti. 11-pajjizi li qalghu Canfira mill-Kummissjoni Ewropea u kellhom jaghmlu bidliet fil-politika finanzjarja taghhom skont id-direttivi taghha kienu pjuttost zghar jew ta’ daqs mezzan. Biss, fost il-pajjizi li ma kinux qed ilahhqu mal-miri kien hemm Franza, li kienet inghatat sentejn, tlieta biex tikkoregi ruhha. Dis-sena beda jidher car li Franza mhix se tlahhaq mal-weghdi li ghamlet. II-gvern Franciz ammetta li kien se jigri hekk, u ddikjara li minhabba cirkostanzi eccezzjonali, il-bagit tal-gvern Franciz se jibqa’ mhux konformi mar-regoli finanzjarji taz-zona ewro sa tal-anqas sentejn ohra. Fl-istess zmien, l-Italja kellha quddiemha problema simili ghalkemm anqas iebsa minn ta’ Franza. Qed tikser ir-regoli mhux fuq id-deficit li qed taghmel; dan qed ikun anqas minn 3 fil-mija tal-ekonomija Taljana kollha kemm hi; imma fuq id-daqs tad-dejn nazzjonali, li hu kbir hafna u m’hemmx li jitnaqqas. Kulhadd kien attent biex jara kif il-Kummissjoni se tittratta lil dawn iz-zewg pajjizi, l-aktar Franza, li tigi t-tieni l-akbar ekonomija taz-Zona Ewro. Strettament id-decizjoni setghet tittiehed mill-Kum-missjoni ta’ Barroso qabel din temmet il-hatra taghha. Minfiok, iddecidiet li tghid li l-gvernijiet kollha kienu pprezentaw bagits li fuq l-ewwel ezami li ghamlulhom dehru mhumiex jiksru b’mod lampanti r-regoli taz-zona. Biss, qalet ukoll li se thalli d-decizjoni ahharija ghall-Kummissjoni ta’ warajha. Il-Kummissjoni ta’ Juncker qablet li l-maggoranza tal-bagits imressqa mill-gvernijiet ghandhom jigu accettati; dwar xi whud, fosthom ta’ Malta, wissiet li se tibqa’ attenta ghax mhix sodisfatta ghal kollox. Dwar Franza u l-Italja habbret li se tipposponi d-decizjoni finali sa Marzu li gej halli jkollha f’idejha meta taghmel hekk, ic-cifri finali dwar l-andament ekonomiku u finanzjarju taz-zewg pajjizi. Malajr qam l-argument: mal-kbar jimxu mod, u maz-zghar mod iehor. Il-Kummissjoni cahdet li dan kien il-kaz.

MOSCOVICI Jichad
Meta l-Kummissarju Moscovici gie biex jindirizza 1-kumitat ekonomiku u finanzjarju tal-Parlament Ewropew qala’ taptipa sew. Diversi interventi saru minn deputati li xejn ma emmnu li d-decizjoni posposta dwar Franza tal-Kummissjoni kienet genwina. L-akkuza saret kemm-il darba li l-Kummissjoni qed tibqa’ lura milli tiehu passi, ghax Franza hi kbira wisq. Personalment, m’ghandix dubju li dik hi l-vera raguni. Kieku kienet Malta minflok Franza, holl xaghrek u gib iz-zejt. It-twegibiet li ta Moscovici ma tantx kienu konvincenti. Perezempju, l-argument li l-Kummissjoni fehmet kif ikun ahjar tistenna r-rizultati finali ta’ kif is-sena finanzjarja 2014 se tkun spiccat verament, deherli pwerili. Bhallikieku l-istess argument ma jghoddx ghall-pajjizi kollha, mhux Franza biss. Min-naha l-ohra, l-gvernijiet ta’ Franza u tal-Italja bhalissa huma ta’ tendenza socjalista u ma nhossnix komdu, fil-kumitat ekonomiku u finanzjarju li tieghu jien membru, naghmel kritika lejn is-socjalisti ta’ hemm, specjalment Franza. Anki meta ma qbilniex bejnietna dwar politika Ewropea, is-socjalisti Francizi baqghu jaghtuna l-appogg taghhom bhalha socjalisti. Qed nitkellem dwar zminijiet li ilhom li ghaddew. Imma bqajt niftakar u napprezza.

KWISTJONI TA’ BAGIT
Suppost ikun hemm qbil bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar kif se jigu finalizzati l-kontijiet tas-snin imghoddija u l-bagit ghas-sena li gejja. Din id-darba qed nitkellmu dwar il-bagit tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Meta ma jkunx hemm dal-qbil, wara li jigu segwiti diversi proceduri, jinzammu laqghat bejn Kunsill, Parlament u Kummissjoni biex jinstab kompromess. Din is-sena, n-nuqqas ta’ qbil dwar il-bagits tas-snin li ghaddew, ta’ dis-sena u tas-sena d-diehla, tant kien qawwi li l-proceduri kollha kellhom jigu segwiti sal-ahhar biex forsi jinstab ftehim. L-akbar problemi qalaghhom il-Parlament Ewropew. Il-kumitat tieghu dwar il-bagits ma setax jaqbel li l-Unjoni ghandha tibqa’ b’kontijiet li jlahhqu s-sitta u ghoxrin biljun ewro minn snin imghoddija mhux imhallsa. Lanqas ried jaqbel li l-hlas isir mill-bagits ta’ dis-sena u s-sena li jmiss, ghax dan inaqqas mill-progetti li suppost jigu varati. Il-Parlament jilmenta li l-Kunsilli tal-Ministri jiddeciedu fuq hafna mizuri godda minghajr ma jipprovdu finanzi ghalihom. Il-kompromess li din id-darba forsi jintlahaq fl-ahhar minuta, hu komplikat hafna u mhux lakemm tispjegah f’erba’ kelmiet. Biss haga li se tghin biex jintlahaq hu l-fatt minn multi, l-Kummissjoni Ewropea rnexxielha ddahhal fl-ahhar zminijiet mal-hames biljun ewro aktar milli kien mistenni.

FIERI TAL-MILIED
F’temp li dar ghal kesha akuta, din il-gimgha nfetah is-suq tal-Milied ta’ Brussell, qrib il-bini tal-Borza, u aktar ‘il fuq minn hemm fil-pjazza “tal-flus”. Mort narah f’hin hazin ,lejn is-siegha ta’ waranofsinhar, u forsi ghalhekk sibtu anqas impressjonanti mill-ewwel darba li rajtu xi snin ilu. Kien hemm anqas nies u l-atmosfera ferrehija tal-Milied ghadha ma tinhassx. Lanqas stajt indum. Madankollu t-thejjijiet ta’ zalzett, gobon, patata moqlija skont ir-riti Belgjani u nbid imsahhan zgur li qanqlu l-aptit b’dik il-kesha kollha li kienet qed taghmel, lil min imdorri jitrejjaq sew f’nofs il-jum. Is-suq tal-Milied ta’ Brussell mhux mill-antiki, bhal tal-Germanja. Inbeda ftit aktar minn ghoxrin sena ilu.

IS-SOUTH STREAM
Sehh zvilupp mistenni fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, li issa hzienu sew. Harget l-ahbar mir-Russja li din kienet se thassar il-progett South Stream, li kien se jinvolvi l-bini ta’ pajplajn tal-gass mir-Russja sal-Bulgarija, b’fergha tieghu li twassal sas-Serbja u l-Ungerija. Il-pajplajn kellu jghaddi minn taht il-Bahar l-Iswed. B’hekk jevita li jghaddi mill-Ukrajna bhal pajplajns ohra ezistenti li kienu nqabdu fit-tilwim bejn Russi u Ukrajnjani meta dawn tal-ahhar naqsu milli jhallsu ghall-gass li kienu xtraw mir-Russia. L-Unjoni Ewropea kienet sostniet mal-Bulgarija li kif kien imhejji l-progett kien jikser ir-regoli tal-Unjoni u x-xoghol fuqu hemm kien waqaf. Imma baqghu jsiru diskussjonijiet biex jinstab kif seta’ jibqa’ ghaddej. Fil-progett kienu mdahhla wkoll interessi Taljani u Germanizi. Madankollu, fil-klima ta’ sanzjonijiet u akkuzi li baqghu ghaddejja bejn Ewropej u Russi kienet haga difficli timmagina kif il-progett seta’ jitkompla. L-aktar li sfaw dizappuntati b’dan kollu kienu l-Ungerizi u s-Serbjani, li kienu qed jaraw fil-progett garanzija li ma jispiccawx bla fjuwil f’nofs xitwa mill-aktar kiesha, kif gralhom sentejn ilu meta l-gass gej mill-Ukrajna waqaf ghal kollox.

PIKA MAR-RUSSI
Inhoss li dahal sens kbir wisq ta’ pika “strategika” bejn Russi u Ewropej (tal-Unjoni Ewropea, biex niftehmu). Dan ihassibni. In-nahat kollha nvoluti fil-kwistjoni tal-Ukrajna huma hatja ta’ rieda hazina (“bad faith”). Issibha kwazi fit-tilwim diplomatiku kollu imma meta din ir-rieda hazina tikber izzejjed, tavvelena kull sforz li jista’ jsir biex tinstab soluzzjoni ta’ kompromess accettabbli ghal kulhadd. B’hekk, it-tilwim jilhaq livell ta’ konfront li minnu jbati kulhadd, anki min jispicca “rebbieh”. Nibza’ li t-tilwim dwar il-futur tal-Ukrajna riesaq lejn din il-fazi, jekk mhux diga’ dahal fiha. Loghba tac-cess bejn avversarji li qed jaraw kif se jdahhlu lill-avversarju fl-ixkora donnha nbidlet f’tellieqa vizzjuza fejn l-avversarji qed jaraw min se jirnexxielu l-ewwel ikahhal lill-iettor go hajt.

7 ta’ Dicembru 2014

Facebook Comments

Post a comment